Irene Fargo (imwielda Flavia Irene Pozzaglio; 1 ta' Novembru 1962 – 1 ta’ Lulju 2022) kienet kantanta Taljana, attriċi tal-palk, u personalità televiżiva.

Irene Fargo
Ħajja
Isem propju Flavia Irene Pozzaglio
Twelid Palazzolo sull'Oglio, 1 Novembru 1962
Nazzjonalità Italja
Mewt Chiari, 1 Lulju 2022
Kawża tal-mewt  (kanċer kolorektali)
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
attur
attur tal-palk
Moviment artistiku mużika pop
Strument/i tal-mużika vuċi

Ħajja u karriera

immodifika

Fargo twieled bħala Flavia Pozzaglio f'Palazzolo sull'Oglio, Brescia. Bdiet tkanta meta kienet għadha tifla, u ta’ 11-il sena biss daħlet fil-Kor Polifoniku tal-belt ta’ Chiari.[1][2] Fl-1989, ipparteċipat fil-Castrocaro Music Festival, bil-kanzunetta "Le donne dei soldati veri".[1]

Fargo kienet magħrufa l-aktar għad-darbtejn li ġiet fit-tieni postijiet tagħha fil-Festival ta' Sanremo, l-ewwel fl-1991 bil-kanzunetta "La donna di Ibsen" (li l-lirika tagħha hija ispirata minn The Lady from the Sea ta' Henrik Ibsen), u fl-1992 b'"Come una Turandot" (ispirat mit-Turandot ta' Giacomo Puccini).[1][2][3][4] Il-kanzunetti laħqu l-14 u l-5 post fil-klassifika tas-singles Taljani, rispettivament.[3]

Fl-1993 ġiet fit-tielet post fil-festival Cantagiro.[4]

Fl-1994 bdiet tidher fl-ispettaklu popolari tal-varjetà Domenica in.[1]

Fl-aħħar tad-disgħinijiet kienet mistiedna regolari fil-programmi televiżivi ta' Paolo Limiti.[4] Wara s-sena 2000 hija kellha rwoli ewlenin f'diversi musicals għall-palk.[1]

Hija kienet kantanta popolari fit-tiġijiet f’Malta,[5] fejn fl-2010 ikkollaborat ma' Paul Abela, Joe Julian Farrugia, u Claudio Baglioni fuq il-kanzunetta "For a Lifetime" ippubblikata internazzjonalment minn Pressing Music Ltd.[6]

Fargo mietet fl-1 ta’ Lulju 2022, fl-età ta’ 59 sena wara kawża ta' kanċer kolorektali.[3][4]

Diskografija

immodifika
Album
  • 1991: Irene Fargo (Carosello)
  • 1992: La voce magica della luna (Carosello)
  • 1993: Labirinti del cuore (Carosello)
  • 1995: O core e Napule (Carosello)
  • 1997: Fargo (Tring)
  • 1999: Appunti di viaggio (mużika Azzurra)
  • 1999: Va da lei (Saar)
  • 2005: Insieme (Alta sintonia)
  • 2009: Cartolina napoletana (Pressing music ltd)
  • 2012: Crescendo (Pressing music ltd)
  • 2016: Il cuore fa (Pressing music ltd)

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d e Eddy Anselmi (2009). Festival di Sanremo: almanacco illustrato della canzone italiana. Panini Comics, 2009. ISBN 978-8863462296.
  2. ^ a b Marco Fioravanti (10 June 2013). "Si racconta Irene Fargo, cantante di successo degli anni 90". Italia Post. Arkivjat minn l-oriġinal fl-19 August 2014. Miġbur 18 August 2014.
  3. ^ a b ċ Fabio Fiume (1 July 2022). "Irene Fargo: Ci lascia la cantante che fece riviver il mito della Turandot dal palcoscenico dell'Ariston". All Music Italia (bit-Taljan). Miġbur 2 July 2022.
  4. ^ a b ċ d "Morta Irene Fargo, sfiorò per due volte la vittoria a Sanremo". La Repubblica (bit-Taljan). 2 July 2022. Miġbur 2 July 2022.
  5. ^ "BrideMalta.com". 24 January 2021. Arkivjat minn l-oriġinal fl-24 January 2021. Miġbur 2 July 2022.
  6. ^ "Irene Fargo To sing a Maltese composition - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2024-02-06.

Ħoloq esterni

immodifika