Irene Condachi

tabiba Maltija

Irene Condachi (7 ta' Ġunju 1899 -1970) kienet tabiba Maltija, waħda minn żewġ tobba nisa li pprattikaw fil-pajjiiż matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Hija kienet waħda mill-fundaturi tas-servizz mediku fl-iskejjel, wara li saret l-uffiċjal mediku għall-iskejjel tal-gvern. Hija kienet responsabbli mill-qerda tal-iskabbja mis-sistema edukattiva f'Malta.

Irene Condachi
Ħajja
Twelid Valletta, 7 Ġunju 1899
Nazzjonalità Malta
Mewt Malta, 1970
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Università ta' Napli Federico II
Università ta' Pavia
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni tabib

Ħajja bikrija

immodifika

Irene Condachi twieldet f'Malta fis-7 ta' Ġunju 1899. Il-familja tagħha kienu emigraw mill-Greċja. Missierha, Constanino Condachi kien negozjant.[1] Hija trabbiet fit-tradizzjoni Ortodossa Griega, li kellha attitudni aktar tolleranti minn oħrajn għan-nisa li jaħdmu barra mid-dar.[2] Fl-1916, hija bdiet l-istudji mediċi tagħha fl-Università ta' Malta, iżda waqfet wara sena. Għaxar snin wara, hija ggradwat bħala tabib mill-Università ta’ Napli. Hija kompliet bl-istudji tagħha u rċeviet grad ta’ speċjalista fil-pedjatrija mill-Università ta’ Pavia fl-1928.[1]

Karriera

immodifika

Wara li temmet l-istudji tagħha fl-Italja, Condachi rritornat Malta u saret assistenta ta’ Joseph Ellul, il-professur responsabbli mill-Qwiebel u l-Ġinekoloġija fl-Università ta’ Malta fil-Belt Valletta.[1][2]

Fl-1938, tqabbdet bħala l-uffiċjal mediku tal-iskejjel tal-gvern,[3] u bdiet tgħix fi Triq Luzio f'Tas-Sliema.

Fil-bidu tal-gwerra, b’ħafna rġiel inqabdu bil-lieva biex jiġġieldu, filwaqt li xi nisa kienu nvoluti wkoll fis-servizzi ta’ difiża għall-gżira. Flimkien ma' oftalmologu u dentist, Condachi bdiet s-servizz mediku fl-iskejjel tal-gvern. Minħabba n-nuqqas ta’ trasport, hi mxiet biex iżżur id-diversi skejjel madwar il-gżira. Hija laqqmet u għamelt eżamijiet mediċi fuq aktar minn 20,000 tifel u tifla tal-iskola bejn l-1941 u l-1942.

Hija kienet responsabbli għall-qerda tal-iskabbja fl-iskejjel tal-gvern bl-użu ta’ ingwent ibbażat fuq il-petroleum.[2] Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha kienu perikolużi, hekk kif fl-1941, l-iskejjel tal-gvern ġew ikkonvertiti fi sptarijiet u ċentri għar-refuġjati. Waqt li kienet qed tissorvelja l-isptar fl-iskola tal-gvern f'Ħal Qormi, il-faċilità ġiet ibbumbardjata u Condachi, l-istaff tagħha, ir-refuġjati u l-istudenti ħarbu f'xelter fil-viċin, taħt l-art taħt l-iskola tal-bniet.[4] Condachi hija waħda miż-żewġ tobba nisa magħrufa li pprattikaw f'Malta matul il-gwerra.[2]

Condachi kompliet bħala l-uffiċjal mediku tal-Ministeru tal-Edukazzjoni sal-1959. Hija kienet l-iktar mara mħallsa fis-servizz tal-gvern fl-era tagħha.[5]

Mewt u legat

immodifika

Condachi mietet fl-1970 u hija mfakkra għall-karriera twila tagħha li tipprovdi servizz mediku lil Malta.[1]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Camilleri, Patricia (2018-10-11). "The Rise and Rise of the Female Graduate:Some milestones in tertiary education forwomen in Malta" (PDF). web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2018-10-11. Miġbur 2021-03-04.
  2. ^ a b ċ "How women ran Malta during World War II - timesofmalta.com". web.archive.org. 2016-06-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-23. Miġbur 2021-03-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)