Subphylum
(Rindirizzat minn Infraphylum)
Subphylum (pronunzja: subfilum) fil-bijoloġija, huwa Takson fil-Klassifikazzjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin li jista' jiġbor fih l-Infrafajla. Is-Subphylum fil-ġerarkija qiegħed eżatt taħt il-phylum u livell aktar 'l fuq mill-Infraphylum.
Subphylum huwa Takson li jintuża fl-iskema ta' klassifikazzjoni fiż-żooloġija waqt li fil-botanika jintuża t-Takson ekkwivalenti is-Subdiviżjoni.
Ftit eżempji ta' Subphyla huma;
- Phylum Arthropoda: jinqasam f'Subphila Trilobitomorpha, Chelicerata, Myriapoda, Hexapoda u Crustacea.
- Phylum Branchiopoda: jinqasam f'Subphila Linguiliformea, Craniformea u Rhychonelliformea,
- Phylum Chordata: jinqasam f'Subphila Urochordata, Cephalochordata u Vertebrata.