Imperu Brittaniku
Dan l-artiklu dwar l-istorja huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
L-Imperu Brittaniku kien l-ewwel potenza mondjali kif ukoll l-ikbar imperu fl-istorja tad-dinja. Dan l-imperu kien il-prodott ta' sekli ta' kolonjaliżmu minn pajjiżi Ewropej, l-iktar prominenti fosthom kienu Spanja, il-Portugall, il-Pajjiżi Baxxi, Franza u l-Gran Brittanja. Sal-1921 l-Imperu Brittaniku kien jikkontrolla madwar 458 miljun ruħ — bejn wieħed u ieħor kwart tal-popolazzjoni mondjali — u kien jikkomprendi 13 miljun mil kwadru (iktar minn 33 miljun km²), kważi terz tal-art kollha tad-dinja. Anki jekk mis-snin sittin 'l hawn dan l-imperu żżarma, għad fadal influwenza qawwija fuq bosta pajjiżi u f'ħafna sferi, bħal prattiki ekonomiċi, ġuridiċi u sistemi ta' gvern, it-tixrid ta' ħafna sports tipiċi ingliżi (bħall-futbol) kif ukoll it-tixrid tal-Lingwa Ingliża.
Imperu Brittaniku British Empire |
|||
---|---|---|---|
L-inħawi kollha tad-dinja li qatt kienu parti mill-Imperu Brittaniku. It-Territorji Brittaniċi Barranin attwali għandhom isimhom issottolinjat bl-aħmar.
|