Il-Għanja tar-Rebħa

Il-Għanja tar-Rebħa hija poeżija tal-poeta Malti Dun Karm Psaila. Din hija poeżija patrijottika u romantika fejn Dun Karm jirrakkonta l-ġlieda li l-Maltin kellhom mat-Torok fl-Assedju ta' Malta.

Ħarsa Storika tal-Ġrajja

immodifika

Tlaqna. Ħafna kienu dawk li kitbu fuq l-Assedju però spiss kienu jkunu l-Kavallieri biss li jirċievu l-unuri għal dik ir-rebħa tant kbira. Il-Maltin ftit li xejn kienu jissemmew. B'din il-poeżija, Dun Karm ried jinqeda biex isewwi dan in-nuqqas li kien ilu ġej għal mijiet ta' snin. Hu jfaħħar biss lil dawk li ħallew ħajjithom għal arthom. Biex it-tifħir żgur jeħduh il-Maltin, il-poeta ma jsemmi l-ebda kavallier ħlief lil La Valette. U lil dan jirrferi għalih bħala "Kavallier li qatt ma rema l-ħin" (vers 54), mingħajr biss ma jsemmi ismu.

 
L-Assedju ta' Malta fl-1565

L-għan tat-Torok meta ġew jattakkaw lil Malta kien li jirbħu lil Malta u jeqirdu l-Kristjaneżmu. L-islaten Ewropej kienu jiddependu minn dan ir-riżultat hekk kif rebħa għat-Torok kien twassal biex huma jinfiltraw fl-Ewropa. Dun Karm ipoġġi s-sitwazzjoni fuq bilanċ: naħa waħda l-qlubija tal-Maltin u fin-naħa l-oħra t-Torok.

Il-Ħsieb

immodifika

Dun Karm jiftaħ il-poeżija billi jgħid li jixtieq ifaħħar kemm jista' lil Malta u dan jixtieq jagħmlu bil-Malti minħabba li hekk żgur hu jkun ċert li tieħu l-ġieħ li ħaqqha. Hu jixtieq ifaħħar lil art twelidu għax kienu l-Maltin li ċarċru demmhom għal pajjiżhom u kienu l-Maltin li ħallew ħajjithom biex jaraw lil Malta Indipendenti minn kull ħakma Torka. Dun Karm waqt il-poeżija jieħu ċerti dehriet ta' waqt il-battalja fejn hu jqabbel lill-Maltin ma' ljuni li huma qalbiena, kuraġġużi u bla biża'. Waqt il-poeżija, il-poeta joħroġ il-patrijottiżmu kbir tal-Maltin li tant kellhom għal qalbhom, fejn jagħtina pass pass x'qed jiġri waqt l-assedju, filwaqt li jiddeskrivi dawk il-mumenti saljenti tal-ġlieda. Isemmi l-waqgħa ta' Sant Iermu, il-ġlied fuq Sant Anġlu u San Mikiel, u l-ġlied imdemmi imma mimli kuraġġ li ssieltu l-Maltin. Il-poeta jsemmi wkoll il-qlubija tat-Torok, biex juri li l-Maltin ma kellhomx biċċa xogħol ħafifa.

Minkejja l-fatt li t-Torok qatlu bosta Maltin u anki bagħtuhom skjavi, dan ma qatilx l-isperanzi tal-Maltin, ma kienx ta' biża'. Il-Maltin qatt ma ċedew il-fidi tagħhom u huma rnexxielhom jirbħu minħabba l-gwida ta' La Valette u tat-twemmin tagħhom. It-Torok telqu lura lejn darhom telliefa waqt li l-Maltin irringrazzjaw lil Alla talli rebbaħhom din il-battalja. Ir-rebħa tal-Maltin ma kinitx importanti biss għal pajjiżna iżda wkoll għall-Ewropa kollha. Dawk il-Maltin li mietu, mietu biex jiddefendu r-reliġjon Nisranija u l-kultura Ewropeja. Dun Karm jagħlaq il-poeżija b'turija ta' ringrazzjament lil Alla talli fil-mumenti diffiċli tal-battalji, kien Hu li waqaf ma' niesna biex ir-rebħa finali kienet tagħhom. Hawn jispikka l-element trollistiku u religjuz kbir tal-Maltin li dejjem ħarsu sa mill-ibgħat żmenijiet.

Il-poeżija hi kollha kemm hi endekasillabi u bil-kwartini. Il-versu huma tronk u wati. It-ton huwa patrijottiku u r-ritmu hu wieħed mexxej. Hu juża' kliem arkajku jiġifieri kliem mill-passat li m'għadux jintuża'. Il-poeżija hi b'rima mqabbża.