Iżabella ta' Kastilja

Iżabella ta' Trastámara jew Iżabella I ta' Kastilja jew Iżabella l-Kattolika (bil-Katalan: Isabel I de Castella jew Isabel la Catòlica, bil-Kastiljan: Isabel I de Trastámara, la Católica) (Madrigal de las Altas Torres, 22 ta' April 1451 – Medina del Campo, 26 ta' Novembru 1504) kienet reġina konsorti ta' Sqallija mill-1469 sal-1504, reġina ta' Kastilja mill-1474 sal-1504, u reġina konsorti ta' Aragona, Valenzja, Sardinja, Majorca u reġina titulari ta' Korsika, Kontessa konsorti ta' Barċellona u tal-kontej Katalani mill-1479 sal-1504.

Iżabella ta' Kastilja
Lieutenant General of the States of the Crown of Aragon (en) Translate

1488 -
royal Consort of Aragon (en) Translate

20 Jannar 1479 - 26 Novembru 1504
Juana Enríquez (en) Translate - Germaine of Foix (en) Translate
Monarch of Castile and Leon (en) Translate

13 Diċembru 1474 - 26 Novembru 1504
Henry IV of Castile (en) Translate - Juana I of Castile (en) Translate
Ħajja
Isem propju Isabel de Castilla
Twelid Monasterio de Nuestra Señora de Gracia (en) Translate, 22 April 1451
Nazzjonalità Crown of Castile (en) Translate
Mewt Palacio Testamentario (en) Translate, 26 Novembru 1504
Post tad-dfin Royal Chapel of Granada (en) Translate
Sepulcher of Isabella I of Castile and Ferdinand II of Aragon (en) Translate
Kawża tal-mewt  (water retention (en) Translate)
Familja
Missier John II of Castile
Omm Isabella of Portugal
Konjuga/i Ferdinand II of Aragon (en) Translate  (19 Ottubru 1469 -  26 Novembru 1504 (Gregorian))
Ulied
Aħwa
Familja
Tribù House of Trastámara (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni mexxej
Premjijiet
List
Influwenzat minn Juan Rodríguez Fonseca (en) Translate
Festa
26 ta' Novembru

Kienet mill-familja ta' Trastámara, bint ir-re ta' Kastilja u León, Ġwanni II u Iżabella tal-Portugall.

Nannietha min-naħa ta' missierha kienu Enriku III ta' Kastilja u Katerina ta' Lancaster; min-naħa ta' ommha Ġwanni t'Aviz (bin ir-re tal-Portugall, Ġwanni I u martu Filippa ta' Lancaster), u Iżabella ta' Braganza, bint id-duka ta' Braganza, Alfonso u ta' Beatriz Pereira de Alvim (tifla unika ta' Nuno Álvares Pereira, kunistabbli tar-renju u konti ta' Arraiolos, Barcelos u Ourém).

Kienet oħt farsdieq tar-re ta' Kastilja u León, Enriku IV, il-Ħawli.

Bijografija

immodifika

Meta żżewġu l-ġenituri tagħha fis-17 ta' Awwissu 1447 f'Madrigal de las Altas Torres, missierha Ġwanni kien armel ta' Marija t'Aragona, bint ir-re Ferdinandu I t'Aragona li minnha kellha tifel, Enriku li twieled fl-1425.

Fl-1454 Ġwanni II miet u ħalla orfni lil Iżabella ta' 3 snin u 'l ħuwa Alfonsu ta' sena. Il-mewt ta' żewġha, ommha, Iżabella waqgħet fi stat ta' malinkonija kerha, tant li ddeċidiet li tingħalaq fil-kastell ta' Arévalo[1], fejn baqgħet għal 42 sena, sa mewtha.

Eredi għat-tron

immodifika

Ħuha farsdieq Enriku IV tela' fuq it-tron waqt li ħuha ż-żgħir Alfonsu fl-istess sena, l-1454, irċieva t-titlu ta' Prinċep tal-Asturias, titlu li s-soltu kien jieħu l-eredi għat-tron.

Fl-1455 Enriku IV żżewweġ (it-tieni żwieġ) lil Ġovanna tal-Portugall, bint ir-re tal-Portugall Edwardu u Eleonora t'Aragona (bint ir-re t'Aragona Ferdinandu I u Eleonora t'Alburquerque. Minn daż-żwieġ, fl-1462, fl-aħħar twieldet eredi leġittma għat-tron, Ġovanna.

Parti min-nobbli tal-qorti li diġà kienu jsejħu l-prinċep tal-Asturias Alfonsu XII użaw l-għajdut li Enriku IV kien impotenti biex ixerrdu x-xniha, x'aktarx ivvintata, li bint Ġovanna tal-Portugall ma kinitx it-tifla ta' Enriku IV, imma ta' wieħed mill-aħjar ħbieb tiegħu, Beltrán de la Cueva, li dak iż-żmien malajr kien għamel karriera fil-qorti Kastiljana. Allura l-klikka kontra r-re Enriku IV lit-tifla Ġovanna li missierha kien taha t-titlu ta' prinċipessa tal-Asturias, bdew isejħulha bil-laqam Beltraneja.

 
Ritratt taż-żwieġ tar-re Ferdinandu II t'Aragona u r-reġina Iżabella ta' Kastilja
 
Iżabella u żewġha Ferdinandu
  1. ^ Ir-reġina armla kellha s-sinjorija fuq il-belt ta' Cuenca u l-pajjiżi ta' Arévalo u Madrigal, u fit-testament Ġwanni II ikkonferma il-pussess ta' Arévalo.