Hugo Chetcuti
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Hugo Chetcuti (Malta, 7 ta' Marzu 1966 - 12 ta' Lulju 2018) kien imprenditur ta’ suċċess b’katina ta’ stabbilimenti tad-divertiment, restoranti u lukandi li kollha kienu jġibu ismu stess – Hugo.
Hugo Chetcuti | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 7 Marzu 1966 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 12 Lulju 2018 |
Kawża tal-mewt | omiċidju |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | imprenditur |
Bin Francis u Wilhelmina mwielda Spiteri, Chetcuti ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja ta' Raħal Ġdid. Il-familja tiegħu kellha ħanut li jbigħ is-snieter u l-iskrataċ f'Raħal Ġdid stess.
Industrija tad-Divertiment
immodifikaChetcuti kien beda n-negozju tiegħu fit-tmeninijiet, meta kellu madwar 20 sena, bil-ftuħ tal-ewwel stabbiliment tiegħu ‘Footloose’ f’Paceville. Maż-żmien huwa kompla jiftaħ iktar stabbilimenti mhux biss tad-divertiment, iżda wkoll kien pijunier fl-industrija tal-ospitalità lokali.
Riċentament ħareġ bil-kunċett li jiftaħ bosta stabbilimenti u lukandi li jġibu ismu stess, bl-intenzjoni li joffri għażla wiesa’ ta’ ħwienet tal-ikel, bars u lukandi li joffru faċilitajiet u servizz ta’ kwalità bi stil uniku għall-klijenti Maltin u barranin.
Huwa bena din il-katina ta’ stabbilimenti bl-appoġġ ta’ ħutu Sheryl u Isaac, kif ukoll ibnu Luke, li mexa fuq il-passi ta’ missieru.
Assassinju
immodifikaKien propju fl-inawgurazzjoni ta’ stabbiliment ieħor tiegħu, fis-6 ta' Lulju 2018, meta l-imprenditur qala’ daqqiet ta’ sikkina minn Serb, Bojan Cmelik ta’ 35 sena, li ġie arrestat ftit wara li wettaq l-aggressjoni fuq Chetcuti u tressaq il-Qorti l-għada, madwar 12-il siegħa wara li seħħ il-feriment. Cmelik wieġeb li mhux ħati tal-akkuża tal-attentat ta’ qtil ta’ Chetcuti u baqa’ miżmum arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Hugo kien fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fejn sarlu intervent ftit wara li ddaħħal l-isptar hekk kif kawża tad-daqqiet ta’ sikkina indarab gravi u kien fil-periklu tal-mewt. Għalkemm għal xi ħin il-qagħda tiegħu kienet stabbli, madanakollu l-isforzi li saru biex jaqleb għall-aħjar sfumaw biex sitt ijiem wara tħabbret il-mewt tiegħu.