Hugo Chávez (twieled fit-28 ta' Lulju 1954 – miet fil-5 ta' Marzu 2013) kien il-President tal-Veneżwela mill-1999 sal-mewt tiegħu fl-2013. Huwa kien wieħed mill-aktar mexxejja kontroversjali fl-Amerika Latina tal-aħħar snin tas-seklu għoxrin u l-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin. Il-popolarità tiegħu kienet marbuta mal-kariżma populista tiegħu. Il-Veneżwelani tawh mandat elettorali għar-raba' darba bħala President f'Ottubru 2012 – għalkemm b'distakk inqas qawwi mill-elezzjoni ta' qabel. Huwa rebaħ din l-elezzjoni b'55 fil-mija tal-voti, għalkemm huwa kien marid wisq biex jattendi għall-inawgurazzjoni tiegħu f'Jannar 2013.

Hugo Chávez
kap tal-partit

9 Marzu 2007 - 5 Marzu 2013
← no value - Nicolás Maduro (en) Translate
President of Venezuela (en) Translate

2 Frar 1999 - 5 Marzu 2013
Rafael Caldera (en) Translate - Nicolás Maduro (en) Translate
Ħajja
Isem propju Hugo Rafael Chávez Frías
Twelid Sabaneta (Venezwela), 28 Lulju 1954
Nazzjonalità Veneżwela
Residenza Residencia Presidencial La Casona (en) Translate
L-ewwel lingwa Spanjol
Mewt Hospital Militar de Caracas (en) Translate, 5 Marzu 2013
Post tad-dfin Historical museum in Caracas (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali (kanċer kolorektali)
Familja
Missier Hugo de los Reyes Chávez
Omm Elena Frías de Chávez
Konjuga/i Nancy Colmenares (en) Translate  (1977 -  1995)
Marisabel Rodríguez de Chávez (en) Translate  (1997 -  2004)
Ulied
Aħwa
Familja
uri
Edukazzjoni
Alma mater Military Academy of the Bolivarian Army (en) Translate
Lingwi Spanjol
Għalliema Hugo José García Hernández (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
uffiċjal militari
Pożizzjoni jew speċjalità pitcher (en) Translate
Tul 173 cm
Premjijiet
Servizz militari
Fergħa militari Bolivarian Army (en) Translate
Grad lieutenant colonel (en) Translate
commander-in-chief (en) Translate
Iġġieldu First Venezuelan coup d'etat attempt of 1992 (en) Translate

Tfulija u żgħożija

immodifika

Imwieled fit-28 ta' Lulju 1954 f'familja fqira fl-Istat ta' Barinas fil-pjanuri tat-trobbija tal-baqar, Hugo Rafael Chávez Frías kien it-tieni f'familja ta' sitt aħwa.

Il-ġenituri tiegħu, li kienu għalliema, ma kellhomx flus biżżejjed biex irabbuh huma stess, b'hekk hu u ħuh il-kbir trabbew minn nannithom Rosa, li kienet devota Kattolika Rumana.

Meta kellu 17-il sena, huwa nesa l-ħolma bikrija tiegħu li jilħaq plejer tal-baseball u minflok mar fil-kapitali Caracas biex jistudja f'akkademja militari, fejn daħal erba' snin wara.

Chávez qatt ma ħa tagħlim formali, huwa żviluppa interess partikolari lejn il-karattri romantiċi fl-Istorja tal-Amerika Latina, fosthom Che Guevara u Simón Bolívar, l-eroj tal-Indipendenza tal-Veneżwela tad-19-il seklu li fuqu Chávez huwa rappurtat li kellu "ossessjoni".

Huwa semma l-moviment politiku tiegħu għal Bolívar, u jingħad li kien jemmen li huwa kien ir-inkarnazzjoni ta' Bolívar innifsu.

Il-Kolp ta' Stat

immodifika

Meta kellu 23 sena, Chávez kien iżżewweġ lill-ewwel mara tiegħu Nancy Colmenares, li minnha kellu żewġt subien u tifla. Magħha waqqaf moviment rivoluzzjonarju sigriet li kien jiltaqa' klandestinament ma' gruppi tax-Xellug pajżana.

Fl-1992, huwa għamel attentat ta' Kolp ta' Stat.

Għalkemm il-Kolp ta' Stat sfaxxa, huwa xandar messaġġ televiżiv li għamlu popolari mil-lejl għan-nhar: li r-rivoluzzjoni kienet spiċċat "għalissa".

Wara li ngħata proklama u nħeles qabel mill-ħabs, huwa reġa' biddel it-tattika tiegħu għal darb'oħra, u issa fittex li jikseb l-appoġġ tiegħu mill-Parlament.

President tal-Veneżwela

immodifika

Kien matul il-kampanja elettorali tal-1997, wara li kien diġà ddivorzja lill-ewwel mara tiegħu, li ltaqa' mat-tieni mara tiegħu Marisabel Rodríguez u żżewwiġha. Ma' Rodriguez Chávez kellu tifel.

Matul il-kampanja elettorali Chávez ħaddem il-kariżma tiegħu kollha biex jilħaq lill-masses u l-appell anti-neoliberali appella sew lill-fqar kif ukoll mal-klassi medja.

F'Diċembru 1998, huwa kiseb rebħa kbira meta kkontesta għall-ewwel darba għall-Elezzjonijiet Presidenzjali kontra avversarji finanzjati aktar b'saħħtu minnu, meta rebaħ 56% tal-vot.

Din ir-rebħa qablet ta' taħt fuq ftehim fl-aħħar 40 sena li permezz tiegħu l-akbar żewġ partiti fil-pajjiż kienu jaqsmu l-poter.

Chávez kellu appoġġ qawwi li permezz tiegħu wettaq bidliet kostituzzjonali kbar, li wassal għal bidliet kostituzzjonali kbar li saħħew il-Gvern u fl-2000 kiseb mandat akbar bi kważi 60% tal-voti.

F'April 2002, għaxar snin wara li mexxa l-kolp ta' Stat, Chávez kważi sofra kolp ieħor minn uffiċjali għolja tal-Armata, huwa kien reġa' lura fil-poter kważi 48 siegħa wara.

Dan wassal biex Chávez iħarrax l-attitudni tiegħu kontra kull oppożizzjoni, sew interna kif ukoll esterna.

Mewt u funeral

immodifika

Chávez tilef il-battalja mal-kanċer fl-eta' ta' 58 sena, wara 14-il sena fil-poter. Ħabbar dan il-viċi president Nicolas Maduro. Sorsi qrib il-Gvern f'Caracas qalu li Chávez kien waqa' f'koma ġurnata qabel miet, u l-għada miet kaġun ta' problemi respiratorji u wara li l-kanċer kien infirixlu għall-pulmun.

L-aħbar ta' mewtu xxukkjat lill-miljuni ta' Veneżwelani – fil-parti kbira nies foqra li kienu jħobbuh talli investa ħafna mill-ġid iġġenerat miż-żejt f'benefiċċji soċjali. Chávez kien ilu aktar minn sena marid bil-kanċer u għamel diversi operazzjonijiet f'Kuba filwaqt li ilu ma jidher fil-pubbliku għal diversi xhur. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Elias Jose Juana Milano ddikjara sebat'ijiem ta' luttu filwaqt li l-funeral se jsir nhar il-Ġimgħa. Il-Viċi President ħa l-presidenza sakemm jħabbar elezzjoni fi żmien tletin ġurnata.

'Il fuq minn għoxrin Kapijiet ta' Stat attendew għall-funeral tal-President Chávez, bil-poplu Venezwelan jissieħeb f'espressjoni ta' luttu kollettiv għall-mexxej xellugi kariżmatiku li bidel il-wiċċ tal-politika tal-Amerika t'Isfel. Filwaqt li l-mewt ta' Chávez anki tat ir-ruħ lil ħafna avversarji tiegħu li dejjem xlewh bħala dittatur – folol kbar ta' Chavistas (sostenituri tal-mexxej rivoluzzjonarju) ħonqu l-pjazez madwar l-Akkademja tal-Pulizija f'Caracas fejn fl-aħħar jiem għaddew l-għexieren tal-eluf tan-nies minn maġenb it-tebut tal-President.

Il-Gvern tal-Venezwela stqarr li 'l-imħabba li wrew in-nies għall-President kienet inkredibbli' fost rapporti li l-katavru tiegħu se jispiċċa bbalzmat qabel jitpoġġa għall-wiri għall-eternità f'mużew militari – l-istess bħalma kien seħħ fil-każ tal-Mexxejja komunisti Lenin, Stalin u Mao Tse-tung, wara mewthom.

Kien anki konfermat li l-katavru tal-President se jibqa' espost bl-unuri kollha tal-Istat għal ġimgħa oħra fejn jistgħu jarawh miljuni oħra ta' Venezwelani li jridu jagħtu tislima personali lil bniedem li jibqa' mfakkar bħala wieħed mill-aktar mexxejja kariżmatiċi u kontroversjali mhux biss fl-Amerika Latina iżda anki fid-dinja. Aktar tard illum – u dritt wara l-funeral – Nicolas Maduro, is-suċċessur 'preferut' ta' Chávez ħa l-ġurament bħala l Aġent President tal-Venezwela.

Fost il-mexxejja li marru Caracas biex jagħtu l-aħħar tislima lil Chávez kien hemm alleati ewlenin bħall-President tal-Ekwador Rafael Correa, il-mexxejja attwali u preċedenti tal-Brażil, Dilma Rousseff u Luiz Inacio Lula da Silva u l-President ta' Kuba Raul Castro.

F'kumment li għadda waqt il-funeral, Castro qal li Chávez 'telaq mingħajr ma sofra telfa elettorali waħda', b'referenza għall-erba' rebħiet konsekuttivi tal-Venezwelan fl-elezzjonijiet għall-Presidenza ta' pajjiżu u s-sensiela tal-elezzjonijiet l-oħra li saru waqt tmexxija li damet għal erbatax-il sena.

Il-President tal-Arġentina Cristina Fernandez, li kienet ħabiba kbira ta' Chávez, kienet fost l-ewwel mexxejja li marru fil-Venezwela biex isellmu lill-Mexxej Venezwelan iżda din telqet mill-pajjiż mingħajr ma attendiet għall-funeral. Il-President tal-Iran Mahmoud Ahmadinejad kien preżenti ukoll għaċ-ċerimonja, l-istess bħal delegazzjoni mill-Istati Uniti.

Ħoloq esterni

immodifika