Gudja United FC

(Rindirizzat minn Gudja United)

Gudja United Football Club huwa klabb tal-futbol Malti li ġej mill-Gudja, villaġġ fix-Xlokk ta' Malta, u li attwalment jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni.

Gudja United FC
Logo
Isem sħiħ Gudja United Football Club
Fundazzjoni 1945
Grawnd Grawnd Nazzjonali Ta' Qali, Ta' Qali
Kowċ Andrea Agostinelli (en) Translate
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

Gudja United jilagħbu bl-abjad u strixxi bluni. Fl-2009, Gudja United kienu viċin li jirbħu t-Tielet Diviżjoni Sezzjoni A. Ir-rivali tagħhom huma Għaxaq FC li fl-aħħar snin dalwaqt ser ikunu ilhom 14-il sena li qatt ma rnexxielhom jirbħu logħba kontra l-istess Gudja, anzi tilfu b'xi punteġġi umiljanti ta' 4-0 u 6-0.

Il-Gudja Boys Ultras huwa grupp ta' żgħażagħ li jappoġġjaw lill-klabb bl-atmosfera kbira waqt il-logħob. L-Ultras jattendu l-logħbiet tal-Gudja u juru l-appoġġ tagħhom bi bnadar kbar u banners. Dawn jappoġġjaw ukoll lill-klabb tagħhom billi jkantaw xi kanzunetti varji.

L-Ultras kienu ffurmati fit-12 ta' Diċembru 2008. Huma organizzaw ruħhom għall-ewwel darba fil-5 ta' Jannar 2009 waqt logħba tat-Tielet Diviżjoni kontra Sirens, fejn il-Gudja rebħu 2-1. L-ewwel staġun kien suċċess għal dawn il-partitarji minħabba li Gudja United spiċċaw it-tielet fil-kampjonat. Ix-xogħlijiet tal-grupp kien diffiċli minħabba preparazzjoni għal kull logħba bħal banners, bnadar u materjal ieħor għal kull logħba. Enfasi speċjali hija mogħtija lill-kantanti li jkantaw waqt kull logħba u l-appoġġ kontinwu matul kull logħba. Gudja United irnexxielhom jiksbu lura l-promozzjoni matul l-istaġun 2010-2011, fejn kienu promossi għat-Tieni Diviżjoni, u għal darb'oħra matul l-istaġun 2011-2012 fejn kienu wkoll promossi għall-Ewwel Diviżjoni. Gudja United lagħbu fl-Ewwel Diviżjoni Maltija matul l-istaġun 2013-2014.

Ħoloq esterni

immodifika
  • ?