Għaxaq FC

Għaxaq FC huwa klabb tal-futbol mill-villaġġ ta' Ħal Għaxaq fix-Xlokk ta' Malta. Twaqqaf fl-1950 u bħalissa jikkompeti fit-Tielet Diviżjoni.

Għaxaq
Logo
Isem sħiħ Għaxaq Football Club
Fundazzjoni 1943 bħala Għaxaq United
Grawnd Grawnd ta' Ħal Għaxaq, Għaxaq
(Jesa': 30)
President Malta Paul Caruana
Kowċ Malta Simon Cauchi
Kampjonat It-Tielet Diviżjoni
2013–14 9
Sit elettroniku http://ghaxaqfc.webs.com
Darhom
Barra minn darhom

StorjaEdit

Għaxaq bdew il-Futbol fl-1939. Il-fundatur ta 'l-ewwel tim fil-villaġġ kienu jismu Għaxaq United, kien Indri Mizzi, margħuf bħala l-bevvet. Għaxaq United lagħbu biss logħbiet ta ħbiberija f'dak iż-żmien. L-atturi kollha kienu minn Ħal Għaxaq, fosthom Gammari Bartolo (margħuf bħala z-zuba), Carmel Agius (margħuf bħala l-majmin), Salvu Dimech (margħuf bħala l-Fantin), Peppi Spiteri (surgent) u Tony Schembri (margħuf bħala s-Santu). Iżda Għaxaq United ma tantx damu u l-villaġġ kellu jistenna sakemm jkollha tim ieħor 1950-1951 ... Għaxaq FC.

Għaxaq FC oriġinaw fis-sajf tal-1950 u immedjatament sabu posthom fl-MFA Kampjonat ta' Tielet Diviżjoni. Huma lagħbu l-ewwel logħba tagħhom kontra Siġġiewi fil-15 ta 'Ottubru, 1950. Kien bidu promettenti peress li rebħu l-logħba 2-1. Imma xorta waħda kienu permanenti fil-kampjonat tagħhom. Sat-tmiem tal-istaġun sabu kklassifikati fil-gradi aktar baxxi. L-istaġun segwenti ma kienu kisbu l-ebda tim faċli jikkompeti magħhom. Madankollu, huma rnexxielhom iżommu l-pożizzjoni tagħhom fit-Tielet Diviżjoni sa l-istaġun 1955-56, fejn huma kellhom ikollhom 'decider' kontra Lija Athletic għar-relegazzjoni, meta sabu ruħhom aħħar post fit-Taqsima A. Peress li din il-logħba spiċċat fid-dro ta 2-2 iżda il-logħba kienet skedata, iżda għal xi raġuni Għaxaq qatt ma urew u Lija rebħu b'walkover. Bħala riżultat ta 'dan kollu, Għaxaq kienu relegati u posthom ittieħed minn Għargħur Excelsior. Dan kien it-tmiem tat-tim t'Għaxaq. Kmieni fis-60 tim ieħor ġie iffurmata taħt l-isem ta 'Colts Għaxaq, li l-isem kien inbidel aktar tard għal 'Għaxaq Gazelles'.

Dan it-tim kien magħmul minn plejers żgħażagħ fosthom Charlie Buttigieg, l-aħwa Frans u Mario Caruana u Ninu Dimech. It-tim kien imexxi minn-Anġlu Dimech.

Għaxaq Gazelles ikkompetew fil MAFA, iżda fl-istaġun 1967-68 huma kienu elenkati fl-MFA. L-istaġun 1969-70 ma kienx wieħed mill-aħjar staġuni għall Għaxaq. It-tim kien kklassifikat fl-aħħar post u kien obbligat li jilagħab ma Mqabba u Qrendi għar-relegazzjoni. Għaxaq spiċċaw ġew relegati u konsegwentement tilfu posthom fil-kampjonat.

Franza Zahra kien l-ewwel president ta 'Għaxaq FC.

SkwadraEdit

N. Poż. Plejer
1   G Ludvic Fardell
2   G Janson Chetcuti
3   G Julian Verbina
4   D Brandon Bonnici
5   D Kenneth Spiteri
6   D Elton Dimech ( )
7   D Joseph Vella
8   D Mark Vassallo
9   D Joseph Meilak
11   D Mark Ellul
12   D Jesmond Scicluna
13   D Noel Bilocca
N. Poż. Plejer
14   M Florin Anton
15   M Nong Sakchai Phiraam
16   M Ronald Spina
17   M Francois Galea ( )
18   M Warren Carabott
19   M Gianluca Caruana
20   M Matthew Genuis
21   M Matthew Spiteri
22   M Martin Busuttil
23   A Bjorn Dalli ( )
24   A Michael Zammit
25   A Franrich Schembri
26   A Kersten Borg

Staff TeknikuEdit

Pożizzjoni Isem
President: Paul Caruana
Viċi-President: Kenneth Brincat
Segretarju: Gwido Agius
Viċi Segretarju: Colin Ellul
Teżorier: Joseph Agius
Viċi Teżorier: Anthony Demicoli
Membru: Duncan Buttigieg
Membru: Charles Axiaq
Membru: Luke Spiteri
Membru: Martin Bonnici
Membru: Franco Cutajar

Ħoloq esterniEdit