Giuseppe Mifsud Bonnici

Giuseppe Mifsud Bonnici (Bormla, 17 ta' Lulju 1930 - 22 ta' Frar 2019 ), hu ġurista Malti. Serva ta' Prim Imħallef ta' Malta bejn l-1990 u l-1995, kif ukoll Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-1992 u l-1998.

Il-President ta' Malta Edward Fenech Adami, Il-President tal-Qorti Kostituzzjonali Giuseppe Mifsud Bonnici, u Dr Mark A. Sammut

Bijografija

immodifika

Kien bin il-Professur Carmelo Mifsud Bonnici u Mary imwielda Ross. Beda jistudja l-liġi fl-Università ta' Malta fejn fl-1958, ħa d-dottorat fil-Liġi. Qabel fl-1955, kien iċ-champion ta' Malta taċ-[[chess]. Wara li kwalifika bħala avukat, kompla jistudja Ruma fl-Istitut Gregorio del Vecchio tal-Università Sapienza ta' Ruma. Beda jgħallem il-filosofija tal-liġi fl-Università ta' of Malta fl-1966, u kompla jgħallem għal tletin sena, sakemm irtira fl-1995. Fl-1988 inħatar Professur tal-Filosofija tal-Liġi.

Fl-istess sena Mifsud Bonnici nħatar Imħallef fil-Qrati Superjuri ta' Malta. Sentejn wara fl-1990, sar Prim Imħallef, u President tal-Qrati tal-Appell u President tal-Qorti Kostitizzjonali, u dam f'dawn il-karigi sa meta irtira fl-1995. Mill-1992 sal-1996 serva bħala Imħallef fil-Qorti Ewropej tad-Drittijiet Umani fi Strasbourg. Hu Honorary Fellow tal-Institute for Advanced Legal Studies ta' Londra, ir-Renju Unit.

Kien ukoll President tal-Casino Maltese u tal-Malta Football Association.

Xogħlijiet

immodifika
  • Il-liġi, il-morali, u r-raġuni : konverżazzjonijiet bejn il-Professur Giuseppe Mifsud Bonnici, Prim Imħallef Emeritu u Dr. Mark A. Sammut Ko-awtur ma' Mark A. Sammut, 2008 , Ius Melitæ, Malta. Dan hu f'forma ta' djalogu bejn l-awturi ( u kultant intervista ma' Mifsud Bonnici). Maqsun f'ħames partijiet li jittrattaw għadd ta' suġġetti, minn tekniċitajiet purament legali għal temi filosofiċi, bijoetika, reliġjon, żwieġ (inkluż iż-wieġ bejn persuni tal-istess sess) u l-ammistrazzjoni tal-ġustizzja.
  • Constitutional Procedure relative to Fundamental Rights and Freedoms Mireva Publishers, 2004/2009.
  • Mark Montebello, Il-Ktieb tal-Filosofija f’Malta, PIN Publications, Malta, 2001.

ISBN 99909-41-83-1