Giuseppe Balzano
kompożitur Maktu (1616-1700)
Giuseppe Balzano jew Balsano (Valletta, 9 ta' Settembru 1616 - Minervino Murge, 23 ta' Frar 1700) kien kompożitur Malti.
Giuseppe Balzano | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 9 Settembru 1616 |
Nazzjonalità |
Malta storja ta' Malta taħt l-Ordni ta' San Ġwann |
Mewt | Minervino Murge (en) , 23 Frar 1700 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kompożitur |
Wara li ġie ordnat saċerdot f'Katanja fl-1640, huwa nħatar kap tal-kor tal-Katidral tal-Imdina fl-1661. Huwa żamm din il-pożizzjoni sal-1699, bl-eċċezzjoni tal-perjodi 1665-9 u 1673-4, li matulhom mar Napli biex jitħarreġ aktar fil-mużika.
Minkejja l-bosta xogħlijiet (inventarjati fl-1707) miktuba minnu jsegwu l-istil tipiku polifoniku tas-seklu 16, ftit biss minnhom juru livell għoli ta' kompetenza teknika.
L-eqdem manuskritt eżistenti ta' kompożitur Malti huwa wieħed ta' Balzano mill-1652 u dan jinstab fl-arkivji tal-Katidral tal-Imdina.[1]
Referenzi
immodifika- ^ Borg, Coryse (2021-02-19). "Beloved by many, Mġr Ġwann Azzopardi passes away" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-28.