Giovanni Camocio

kartografu, pubblikatur u stampatur

Giovanni Francesco Camocio (imwieled fl-1501, miet fl-1575) - stampatur Taljan tal-kotba u tal-mapep, u kartografu. Is-sett ta’ 4 mapep ippubblikati minnu li juru l-Assedju ta’ Malta mit-Torok fl-1565, proprjetà ta' Heritage Malta u l-Fakultà tax-Xjenzi Naturali tal-Università Charles fi Praga, iddaħħal fl-2017 mill-UNESCO fuq il-Lista Memorja tad-Dinja.

Giovanni Camocio
Ħajja
Twelid 1501
Nazzjonalità Repubblika ta' Venezja
Italja
Mewt Venezja, 1575 (Gregorian)
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kartografu
pubblikatur
stampatur
stampatur-bejjiegħ tal-kotba
bejjiegħ tal-kotba
Post tax-xogħol Venezja

Bijografija

immodifika
 
Mappa tal-Kamoċja mill-1574

Twieled fl-ewwel nofs tas-seklu 16, probabbilment f'Asolo. Mill-1552, mexxa l-ħanut tal-kotba “Al segno della Piramide” f’Venezja f’San Lio in Merceria, fejn kien ibigħ l-aktar inċiżjonijiet u riproduzzjonijiet ta’ xogħlijiet ta’ arti u mapep ġeografiċi. Fl-ippubblikar ta’ mapep, huwa kkollabora ma’ inċiżuri u kartografi magħrufa bħal: Domenico Zenoi, Paolo Forlani, Giacom Gastaldi u oħrajn. Bejn l-1566 u l-1574, huwa ppubblika ħafna stampi ta’ format żgħir bl-ingrossa, li wasslu għall-ħruġ ta' ktieb magħruf bħala Isole famose (Gżejjer Famużi).[1][2] Fix-xogħol tiegħu uża marka tipografika b’piramida fuq erba’ sferi, sostnuta minn pedestall bl-iskrizzjoni Prudentia perpetuat u ras ta’ serp.[2] L-eqdem inċiżjoni ta’ Camocio ġejja mill-1566, u l-aħħar waħda mill-1574.[2]

Fit-2 ta’ Ottubru, 1567, is-Senat tar-Repubblika Venezjana tah il-privileġġ li jistampa pubblikazzjonijiet reliġjużi, ritratti u mapep. Fid-9 ta’ Settembru 1568, Camoci (flimkien mal-inċiżur Domenico Zenoi) ġie mmultat mill-Esecutori contro la Bestemmia talli kellu sett ta’ sonetti oxxeni mqassmin b’xeni oxxeni.[3]

Miet madwar l-1575, aktarx waqt il-pesta.[2]

Memorja tad-Dinja mill-UNESCO

immodifika

Ir-reġistru tal-Memorja tad-Dinja inħoloq fl-1997, u fih jiddaħħlu dokumenti ta' importanza partikolari għall-wirt kulturali tad-dinja. Fl-2017, 4 mapep ta' Camocio li juru l-Assedju ta’ Malta fl-1565 ġew miżjuda ma’ din il-lista.[4] Il-mapep jiffurmaw stampa sħiħa u juru l-ġrajjiet li seħħew bejn Awwissu u Settembru 1565, bl-attakk fuq l-Isla u l-irtirar tat-truppi Ottomani.[4] Tlieta minnhom 1, 3 u 4 huma ppreservati minn Heritage Malta, u waħda (Nru 2) instabet fl-2013 fil-kollezzjoni ta’ mapep tal-Fakultà tax-Xjenzi Naturali tal-Università Charles fi Praga. Din kienet skoperta fl-2013 mis-segretarju tal-Malta Map Society, Joseph Schiro, waqt li kien qed iqalleb online fil-kollezzjoni ta’ mapep katalogati, diġitizzati u kondiviżi tal-Università Charles. Immedjatament mar Praga fejn wara li eżamina l-mappa huwa kkonferma l-awtentiċità tagħha u l-fatt li hija l-unika kopja magħrufa li għadha teżisti fil-kollezzjonijiet Ewropej u Amerikani.[5] Filwaqt li l-ewwel u r-raba’ mapep mill-Kollezzjoni Kartografika tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti fil-Belt Valletta huma wkoll ippreservati f’kollezzjonijiet privati, it-tieni u t-tielet mapep huma l-uniċi kopji li huma magħrufa li jeżistu fid-dinja kollha.[6]

Id-deċiżjoni li jkunu sottomessi għad-dħul fil-lista tal-UNESCO ttieħdet fl-2015.[7] Il-formola ta’ reġistrazzjoni ġiet sottomessa b’mod konġunt minn Heritage Malta u Charles University fi Praga fl-2016.[8] Wirja ta’ mapep ippreżentat fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija[9] fil-Belt Valletta kienet ikkorata minn Bernadine Scicluna f'isem Heritage Malta u d-direttur tal-kollezzjoni ta’ mapep tal-Università Charles, Eva Novotna.[10] Din dehret fil-Belt Valletta Jannar sa Mejju, imbagħad f'Ġunju u Lulju f'Għawdex, u wara, f'verżjoni tradotta għaċ-Ċek, il-wirja marret Praga f'Lulju u Awwissu.[11]

Fil-5 ta’ April 2018 fi Praga, il-Ministru tal-Kultura tar-Repubblika Ċeka ppreżenta lid-Dekan tal-Fakultà tax-Xjenzi Naturali tal-Università Charles b’ċertifikat li jikkonferma d-dħul tal-mapep Camocio mill-Assedju l-Kbir ta’ Malta fil-Registru tal-Memorja tal-Dinja tal-UNESCO.[5]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Language: Italian / Author: Camocio, Giovanni Francesco, active 16th century - Renaissance Exploration Map Collection - Spotlight at Stanford Search Results". exhibits.stanford.edu. Miġbur 2023-04-15.
  2. ^ a b ċ d "Italy by Giovanni Francesco Camocio. | Sanderus Antique Maps - Antique Map Webshop". sanderusmaps.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-15.
  3. ^ "Collections Online | British Museum". www.britishmuseum.org. Miġbur 2023-04-15.
  4. ^ a b "Great Siege of Malta maps recognised by UNESCO as Memory of the World". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-15.
  5. ^ a b "A certificate confirming: — Přírodovědecká fakulta UK". www.natur.cuni.cz. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-05. Miġbur 2023-04-15.
  6. ^ "Na seznam Paměť světa UNESCO přibyl renesanční unikát z Mapové sbírky". Univerzita Karlova (biċ-Ċek). Miġbur 2023-04-15.
  7. ^ "Výstava na Maltě". www.natur.cuni.cz (biċ-Ċek). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-05. Miġbur 2023-04-15.
  8. ^ Scicluna, Bernadine (2017-11-30). "G. F. Camocio Great Siege Maps in the UNESCO International Memory of the World Register 2017" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-15.
  9. ^ "Exhibition - 'Siege Maps: Keeping Memory Safe'" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-15.
  10. ^ "Mapy obležení — Přírodovědecká fakulta UK". www.natur.cuni.cz. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-06. Miġbur 2023-04-15.
  11. ^ "Mapy obležení — Přírodovědecká fakulta UK". www.natur.cuni.cz. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-06. Miġbur 2023-04-15.