Getbol, il-Pjanuri tal-Marea tal-Korea t'Isfel
Getbol, il-Pjanuri tal-Marea tal-Korea t'Isfel, huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Korea t'Isfel li tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[1] Is-sit fih erba' komponenti li jinsabu tul il-kosta tal-Lbiċ u tan-Nofsinhar tal-Korea t'Isfel, fil-Baħar l-Isfar.
Deskrizzjoni
immodifikaIs-sit huwa magħmul minn erba' żoni differenti: il-Getbol ta' Boseong-Suncheon, il-Getbol ta' Gochang, il-Getbol ta' Seocheon u l-Getbol ta' Shinan. Il-kosti, magħmula mill-hekk imsejħa pjanura tal-marea, iħaddnu kundizzjonijiet ġeoloġiċi, oċeanografiċi u klimatoloġiċi li maż-żmien iddeterminaw żoni kbar u kumplessi ta' sedimentazzjoni tul il-kosta.[2]
Is-sedimentazzjoni f'dawn l-ambjenti essenzjalment tista' tinqasam f'żewġ tipi fundamentali:
- tal-ħamrija: li żviluppat fil-latitudnijiet kollha u li ġiet ikkontrollata biss mill-proċessi fiżiċi fis-seħħ, mid-disponibbiltà tas-sedimenti u minn fattur ġeomorfoloġiċi;
- tal-karbonat: li żviluppat fi klimi sħan (tropikali-ekwatorjali), kemm aridi kif ukoll umdużi, u li hija kkaratterizzata minn produttività kbira fil-post ta' materjal karbonatiku ta' oriġini bijotika kif ukoll abijotika.
Is-sistemi tal-kosta jistgħu jinqasmu f'erba' sottotipi: estwarju, bajja miftuħa, arċipelagu u lagi semimagħluqa żgħar. Dawn iż-żoni fihom preżenza eċċezzjonali ta' bijodiversità b'madwar 2,150 speċi ta' flora u ta' fawna, u fosthom mill-inqas 22 speċi mhedda. Il-fawna hija magħmula minn invertebrati tal-baħar u minn 118-il speċi ta' għasafar tal-passa.
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIs-sit Getbol, il-Pjanuri tal-Marea tal-Korea t'Isfel ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla: il-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[1]
Komponenti
immodifikaNru | Isem | Reġjun / Distrett | Koordinati tal-punt ċentrali | Sottotip | Kobor | Kobor taż-Żona ta' Lqugħ |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | Getbol ta' Seocheon | Seocheon | 36°02'43.01"N 126°36'46.69"E | Estwarju | 6.809 ettaru | 3.657 ettaru |
2 | Getbol ta' Gochang | Gochang | 35°33'06.67"N 126°32'01.35"E | Bajja miftuħa | 6.466 ettaru | 1.785 ettaru |
3 | Getbol ta' Shinan | Shinan | 34°49'43.76"N 126°06'16.00"E | Arċipelagu | 110.086 ettaru | 67.254 ettaru |
4 | Boseong-Suncheon Getbol | Boseong, Belt ta' Suncheon | 34°49'11.25"N 127°27'32.19"E | Lagi semimagħluqa żgħar | 5.985 ettaru | 1.801 ettaru |
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Getbol, Korean Tidal Flats". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-25.
- ^ "Vereinbarung Korea - Wattenmeer | Wadden Sea". www.waddensea-worldheritage.org. Miġbur 2022-04-25.