Georges J.F. Kohler

bijologu u immunologu Ġermaniż (1946-1995)

Georges Jean Franz Köhler (pronunzja bil-Ġermaniż: [ˈʒɔʁʃ ˈkøːlɐ]; twieled fis-17 ta' April 1946 fi Munich – miet fl-1 ta' Marzu 1995 fi Freiburg im Breisgau) kien bijologu Ġermaniż.

Georges J.F. Kohler
Ħajja
Twelid Munich, 17 April 1946
Nazzjonalità Ġermanja
Mewt Freiburg im Breisgau, 1 Marzu 1995
Kawża tal-mewt kawżi naturali (infart tal-mijokardju)
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Freiburg
Direttur tat-teżi Fritz Melchers
César Milstein
Lingwi Ġermaniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni biologu
immunologu
kimiku
għalliem fl-università
Post tax-xogħol Freiburg im Breisgau
Impjegaturi Università ta’ Freiburg
Max Planck Institute of Immunobiology and Epigenetics (en) Translate
Premjijiet
Sħubija Akkademja Ġermaniża tax-Xjenzi Leopoldina
Organizzazzjoni Ewropea tal-Bijoloġija Molekolari

Flimkien ma' César Milstein u Niels Kaj Jerne, Köhler rebaħ il-Premju Nobel għall-Fiżjoloġija jew għall-Mediċina fl-1984, "għax-xogħol fuq is-sistema immunitarja u l-produzzjoni ta' antikorpi monoklonali". It-teknika ta' Milstein u Köhler għall-produzzjoni ta' antikorpi monoklonali wittiet it-triq għall-isfruttament tal-antikorpi għad-dijanjostika, għat-terapewtika u għal ħafna applikazzjonijiet xjentifiċi oħra.[1]

Karriera

immodifika

F'April 1974, Köhler beda jaħdem fuq riċerka postdottorali fil-Laboratorju tal-Bijoloġija Molekulari f'Cambridge, ir-Renju Unit, fejn beda jaħdem flimkien ma' César Milstein biex jiżviluppaw għodda li setgħet tgħinhom jinvestigaw il-mekkaniżmu li jwassal għad-diversità tal-antikorpi. Kien matul din il-ħidma li ħarġu bit-teknika ibridoma tagħhom għall-produzzjoni tal-antikorpi. Köhler kompla l-kollaborazzjoni tiegħu rigward it-teknika meta rritorna fl-Istitut għall-Immunoloġija ta' Basel f'April 1974.[2] Köhler baqa' jaħdem fl-Istitut ta' Basel għal disa' snin oħra, u matul dan iż-żmien kompla jinvestiga d-diversità tal-antikorpi. Fil-bidu tas-snin 80 tas-seklu 20 beda jaħdem fuq l-iżvilupp ta' ġrieden transġeniċi bħala għodda biex jifhem il-mekkaniżmu li jwassal għall-awtotolleranza. Fl-1986 Köhler sar id-direttur tal-Istitut Max Planck għall-Immunoloġija fejn baqa' jaħdem sa mewtu fl-1995.[3][4] Huwa miet bħala konsegwenza ta' kundizzjoni tal-qalb.[5]

Ħajja personali

immodifika

Missier Kohler, Karl, kien Ġermaniż, filwaqt li ommu, Raymonde, kienet tagħmel parti minn familja Franċiża. Huwa żżewweġ lil Claudia Reintjes fl-1968. Huwa ltaqa' għall-ewwel darba ma' Claudia waqt l-istudji universitarji meta Claudia kienet taħdem bħala assistent ta' tabib. Flimkien kellhom tlett itfal: Katharina, Lucia u Fabian. Huwa ħadem qatigħ mhux biss fuq l-antikorpi iżda ddedika ħinu wkoll għall-familja tiegħu. George kien jaħdem ukoll bħala sewwieq tat-taksi billejl biex isostni lill-familja tiegħu. Il-biċċa l-kbira tal-ħin li kien iqatta' mat-tfal tiegħu kien joqgħod isuq trattur żgħir u jipprattika r-roller-skating magħhom fit-toroq.[6]

Referenzi

immodifika
  1. ^ Alkan, Sefik S. (July 2019). "Legends of allergy/immunology: Georges Köhler and the discovery of MONOCLONAL antibodies". Allergy. 74 (7): 1412–1414.
  2. ^ "The Story of César Milstein and Monoclonal Antibodies". WhatisBiotechnology.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-01.
  3. ^ "WhatisBiotechnology • The sciences, places and people that have created biotechnology". WhatisBiotechnology.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-01.
  4. ^ "Köhler's death". Köhler's Invention. 2005. pp. 169–172. ISBN 3-7643-7173-0.
  5. ^ K. Eichmann, Köhler's Invention (Birkhäuser Verlag, Basel, 2005) University of Freiburg Faculty of Biology.
  6. ^ "What is Biotechnology". www.whatisbiotechnology.org. Miġbur 2022-03-01.