Għajnuna:Gwida essenzjali/Ifformattjar

Bidu   Editjar   Ifformattjar   Ħoloq   Sorsi   Diskussjoni   Linji gwida   Konklużjoni    

L-ifformattjar ta' artikli fuq il-Wikipedija hu xi ftit differenti milli tikteb fuq xi proċessur testwali komuni. Minflok ma ssegwi b'mod strett il-prinċipju tal-WYSIWYG ("dak li tara, hu r-riżultat"), il-Wikipedija tagħmel użu ta' kodiċi għat-testi sabiex toħloq ċerti elementi tal-paġni (eż. sezzjonijiet). Din il-lingwa hi magħrufa bħala wikitext (jew wiki-markup) u hi ddisinjata biex ikun aktar eħfef li wieħed jimmodifika.

Tipa ħoxna u korsiva

L-aktar elementi tal-wiki użati huma t-tipa ħoxna u dik korsiva. Wieħed jista' jagħmel dan billi jdawwar il-kelma jew il-frażi b'numru ta' apostrofi ('):

Int tikteb Riżultat
''tipa korsiva'' tipa korsiva
'''tipa ħoxna''' tipa ħoxna
'''''tipa ħoxna u korsiva''''' tipa ħoxna u korsiva

Hi konvenzjoni tal-Wikipedija li timmarka b'tipa ħoxna l-ismijiet tas-suġġett ta' artiklu meta huma msemmijin fil-parti ta' fuq tal-artiklu. Per eżempju, l-artiklu Eliżabetta II tar-Renju Unit tar-Renju Unit jibda:

Eliżabetta II (Elizabeth Alexandra Mary Windsor; Londra, 21 ta' April 1926) hi r-reġina ta' sittax-il stat sovran, fejn iżomm kull kuruna u titlu b'ugwaljanza.

Konvenzjoni oħra tal-Wikipedija hu li tagħmel b'tipa korsiva l-ismijiet ta' kotba, films, albums u logħob għall-komputer. Jekk l-artiklu jibda bl-istess isem ta' xi ktieb jew xi film b'hekk trid tkun applikata tipa ħoxna u korsiva flimkien.

Għal aktar informazzjoni fuq meta għandek tuża' t-tipa ħoxna u korsiva, ara Wikipedija:Manwal tal-istil.

Livelli ta' sezzjonijiet

Il-livelli tas-sezzjonijiet huma importanti sabiex tiġi mtejba l-organizzazzjoni ta' artiklu. Jekk tkun qed tara żewġ jew numru ta' suġġetti distinti jiġu diskussi, int tista' taqsam l-artiklu billi żżidd livell ieħor għal kull sezzjoni.

Il-livelli jistgħu jsiru hekk:

Int tikteb Riżultat
== Sezzjoni ==

Sezzjoni

=== Sottosezzjoni ===

Sottosezzjoni

HTML

It-test wiki għandu kull karatteristika neċessarja sabiex isegwi l-konvenzjonijiet tal-ifformattjar tal-Wikipedija u l-għarfien tal-kodiċi HTML mhuwiex neċessarju, għalkemm huwa bżonnjuż għal formattjar aktar speċifiku speċjalment fejn jidħlu kuluri, stili tat-test u l-paragrafi u t-tqassim tal-paġna.

Li jmiss: Ħoloq