Għajnuna:Gwida essenzjali/Ħoloq

Bidu   Editjar   Ifformattjar   Ħoloq   Sorsi   Diskussjoni   Linji gwida   Konklużjoni    

Li torbot artikli tal-Wikipedija ma' xulxin huwa importanti. Dawn il-ħoloq, magħmula b'mod mill-iktar faċli, jippermettu 'l-utenti biex jaċċessaw informazzjoni relatata ma' dak li qed jaqraw u jżidu aktar mal-utilità tal-Wikipedija.

Kif tagħmel ħolqa

Meta tkun trid torbot ħolqa għal paġna oħra tal-Wikipedija (li tissejjaħ wiki link) int trid tpoġġi l-ħolqa bejn żewġ parentesi kwadri, bħal din:

[[Paġna tal-provi]]

Jekk tkun trid li t-test li jidher ikun differenti mit-titlu tal-ħolqa, tista' tagħmel dan permezz tal-karattru "|" (SHIFT + BACKSLASH fuq xi tastieri) u jsegwi wara l-isem alternattiv. Per eżempju:

[[Wikipedija:Portal tal-komunità|it-test tiegħi]] = it-test tiegħi

Meta għandek tagħmel ħolqa

Li żżid ħoloq f'artiklu jkabbar l-utilità tiegħu, imma ħafna ħoloq jistgħu jfixklu lill-qarrej. Għalhekk wieħed għandu jorbot biss fl-ewwel dehra tal-kelma. Is-sezzjonijiet tal-bidu jistgħu jkollhom aktar ħoloq. Jekk qed tiddeċiedi jekk tagħmilx ħolqa jew le, saqsi lilek innifsek "Jekk jien kont qed naqra dan l-artiklu, din il-ħolqa tkun utli għalija?"

Artikli oħra fuq il-Wikipedija jistgħu jgħinuk meta għandek iżżid il-ħoloq. Iċċekkja l-artikli li dehru fil-vetrina għal lista ta' artikli ta' kwalità għolja.

Kategoriji

Inti tista' tpoġġi artiklu fi ħdan kategorija ma' oħrajn li huma relatati ma' suġġett. Dan tista' tagħmlu billi tikteb [[Kategorija:]], u tpoġġi l-isem tal-kategorija bejn iż-żewġ punti u l-parentesi.

Biex tagħmel ħolqa għal paġna ta' kategorija (per eżempju, bħala referenza għal aktar riċerka), dan jista' jsir billi tpoġġi żewġ punti (:) fil-bidu tal-kelma "Kategorija", bħal din:

[[:Kategorija:Xjenza]]

Il-kodiċi t'hawn fuq tipproduċi dan ir-riżultat:

Kategorija:Xjenza

Hu importanti li tpoġġi l-kategoriji tajbin biex b'hekk nies oħra jistgħu jsibu xogħlok aktar faċli. L-aħjar mod biex issib liema kategorija hi adattata għal artiklu hu li tara f'paġni li jappartjenu għall-istess suġġett, u tiċċekkja liema kategoriji jużaw.

Għal aktar informazzjoni, irreferi għall-paġna tal-Kategoriji.


Li jmiss: Sorsi