Għajnuna:Gwida essenzjali/Diskussjoni
Bidu | Editjar | Ifformattjar | Ħoloq | Sorsi | Diskussjoni | Linji gwida | Konklużjoni |
Il-paġni ta' diskussjoni huma funzjonalità fundamentali tal-Wikipedija, li jippermettu lill-Wikipedjani biex jiddiskutu u jiddjalogaw flimkien fuq l-artikli u affarijiet konċernati.
Jekk ridt tistaqsi mistoqsija fuq xi artiklu, jew jekk għandek xi kumment, int tista' tagħmel dan fuq il-paġna ta' diskussjoni tal-artiklu. Dan jista' jsir billi tagħfas "diskussjoni" fuq il-menù ta' fuq kull artiklu. Tinkwetax jekk il-ħolqa tkun ħamra; mhijiex xi ħaġa ħażina li toħloq paġna ta' diskussjoni li għadha ma teżistix.
Meta tibgħat kumment ġdid, poġġieh fl-aħħar tal-paġna ta' diskussjoni. Hemm eċċezzjoni fejn wieħed ikun jista' jikteb taħt ir-rimarki ta' ħaddieħor, biex jirrispondih. Tista' ddaħħal il-kumment tiegħek 'il ġewwa billi fil-bidu tal-linja ddaħħal żewġ punti (:).
Huwa ta' parir li wieħed jiffirma l-kummenti tiegħu billi jikteb jew ~~~ għall-isem tal-utent tiegħu biss, jew ~~~~ għall-isem tal-utent tiegħu u l-ħin tal-intervent. B'dan il-mod, meta issalva paġna, il-firma tiegħek tidher awtomatikament. Jekk ma tagħmilx dan, il-kumment xorta waħda jidher imma mingħajr ismek. Ħafna minna jużaw firma bil-ħin biex ikun aktar faċli li ssegwi d-diskussjoni. Għall-konvenjenza tiegħek, hemm buttuna fil-kaxxa tal-modifika b'ikona tal-firma li awtomatikament iddaħħallek "--~~~~".
Int jista' jkollok isem tal-utent billi toħloq kont (100% b'xejn). Jekk m'għandekx kont, jew għandek wieħed u ma dħaltx fih, l-indirizz tal-IP tal-kompjuter jiġi użat minflok.
Paġni ta' diskussjoni tal-utent
Kull Wikipedjan għandu paġna ta' diskussjoni personali, fejn Wikipedjani oħra jkunu jistgħu jħallu l-messaġġi tagħhom. Jekk xi ħadd ħallielek messaġġ, int tara nota tgħidlek "Għandek messaġġi ġodda", b'ħolqa għall-paġna ta' diskussjoni personali.
Int tista' tirrispondi b'żewġ modi. Jew tpoġġi messaġġ fuq il-paġna ta' diskussjoni tal-persuna li qed tirrispondih, jew li tpoġġi r-risposta fuq il-paġna ta' diskussjoni tiegħek taħt il-messaġġ oriġinali. It-tnejn li huma huma komuni fuq il-Wikipedija; madanakollu, kun konxju li jekk tagħti r-risposta tiegħek fuq il-paġna ta' diskussjoni personali din tista' ma tinqarax jekk l-utent ma jerġax jara l-paġna ta' diskussjoni tiegħek. Jekk tagħżel dan il-mod, hi idea tajba li tikteb nota fin-naħa ta' fuq tal-paġna ta' diskussjoni tiegħek biex b'hekk in-nies ikunu jafu li jridu jżommu għajn fuqha.
Indentazzjoni
L-indentazzjoni ttejjeb l-istil tal-paġna ta' diskussjoni fejn tagħmilha aktar faċli biex tinqara. Il-prattika standard hu li tagħmel livell iktar 'il ġewwa milli dak użat mill-persuna preċedenti.
Hemm diversi modi ta' indentazzjoni fuq il-Wikipedija.
Lista indentata
L-aktar mod faċli li tagħmel indentazzjoni hu li tpoġġi ż-żewġ punti (:) fil-bidu tal-linji. Aktar ma tpoġġi żewġ punti, aktar it-test jidħol 'il ġewwa. Linja ġdida (billi tagħfas Enter jew Return) timmarka t-tmiem tal-paragrafu indentat.
Per eżempju:
- Din hi identata fuq ix-xellug.
- : Din hi indentata ftit aktar.
- :: Din hi identata aktar.
li tidher hekk:
- Din hi identata fuq ix-xellug.
- Din hi indentata ftit aktar.
- Din hi identata aktar.
- Din hi indentata ftit aktar.
Lista puntata
Tista' tuża' wkoll il-punti biex tindenta, fejn dawn huma użati ħafna drabi fl-elenki. Biex iddaħħal punt, uża tagħrifa (*). Bħall-indentazzjoni normali, aktar ma tagħmel tagħrifiet quddiem il-paragrafu aktar ikun hemm indentazzjoni.
Eżempju żgħir:
- * L-ewwel artiklu tal-lista
- * It-tieni artiklu tal-lista
- ** Sotto-artiklu tal-lista
- * It-tielet artiklu tal-lista
Li tagħti dan ir-riżultat:
- L-ewwel artiklu tal-lista
- It-tieni artiklu tal-lista
- Sotto-artiklu tal-lista
- It-tielet artiklu tal-lista
Lista numerata
Tista' wkoll tuża' l-lista numerata. Għal din, trid tuża' l-karattru #. Din hi ħafna drabi użata fis-sondaġġi u fil-votazzjoni. Għal darb'oħra, tista' taffettwa l-indentazzjoni tan-numru bin-numru ta' karattri li tuża'.
Eżempju:
- # L-ewwel artiklu tal-lista
- # It-tieni artiklu tal-lista
- ## Sotto-artiklu tal-lista
- # It-tielet artiklu tal-lista
Li tidher hekk:
- L-ewwel artiklu tal-lista
- It-tieni artiklu tal-lista
- Sotto-artiklu tal-lista
- It-tielet artiklu tal-lista
Ipprova ara xi paġni ta' diskussjoni: agħfas fuq "editja" u hemmhekk tista' tara' l-kodiċi tal-paġna u tifhem aħjar kif l-utenti jużaw il-karatteristiċi li tkellimna fuqhom.