Freddie Portelli
Freddie Portelli (San Pawl il-Baħar 5 ta' Mejju 1944 - ) hu kantant u kompożitur Malti tal-kanzunetti popolari. Ilu fix-xena tal-mużika Maltija mis-sena 1960.
Freddie Portelli | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 5 Mejju 1944 (80 sena) |
Nazzjonalità | Malta |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kantawtur |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Huwa miżżewweġ lil Carmen Portelli u għandu żewġt itfal, Claudette Portelli u Yvette Portelli
Ħajja Bikrija
immodifikaFreddie Portelli jibqa' imfakkar għall-kanzunetta Viva Malta li ġiet fix-xena mużikali Maltija fl-1966. Din il-kanzunetta kienet ħarġet fuq diska wara li l-grupp li Freddie Portelli beda l-karriera mużikali tiegħu, The Malta Bums, ġew lura lejn Malta wara ħames xhur idoqqu fl-Amerika, l-Kanada u l-Ġermanja. Mal-grupp The Malta Bums, Freddie kien jikteb il-kliem u l-mużika tal-kanzunetti li dan il-grupp ħareg fuq diski għas-suq mużikali Malti.
Dawn il-kanzunetti kienu:
- Viva Malta/That’s all I know - The Malta Bums - Portelli Productions - 7 PAL 3928 - 1967
- Ġej il-Milied/That ain’t a sin - The Malta Bums - Electro - ES 120 - 1968
- Dinja din/Yvette/Il-football - The Malta Bums - F.T.T.T’s - ES 122 -
- Nerġa' nsir ferħan/Do this - The Malta Bums - F.T.T.T’s - ES 144 -
The Black Train
immodifikaFreddie Portelli telaq lill-grupp The Malta Bums u beda grupp ieħor bl-isem The Black Train. Dan il-grupp kien jikkonsisti b’Freddie fuq il-kitarra u kant, flimkien ma' Joe Vella fuq il-kitarra bass u Freddie Calleja fuq id-drums. Freddie & The Black Train, kif kienu magħrufin, ħarġu tlettax-il diska 45 u dawn kienu:
- Blue Sea Bay/Konna tfal - Freddie & The Black Train - M.P.F.C - T-57412 -
- Ħallini/Ma kellikx tort - Freddie & The Black Train - Anthony D’Amato - AD 6025 -
- Se jkolli nemmen/ Joħlom min irid - Freddie & The Black Train - Super Special - ST 57556
- Flimkien/Ejja lura - Freddie & The Black Train - Circle - MRB 011 - 1975
- Jidbiegħdu/Tgħallimt - Freddie & The Black Train - Center - RC 1010 -
- Fuqek ser immut/Titlaqnix - Freddie Portelli & The Black Train - Super Special - ST 57764
- Mulej/Kliem - Freddie & The Black Train - Super Special - ST 57808 -
- Kullħadd jaf/Adam u Eva - Freddie & The Black Train - Super Special - 006 -
- Naf għalfejn/Magħqudin - Freddie & The Black Train - Super Special - ST 57798 -
- Viva Malta/Tilwim - Freddie & The Black Train - Riviera - RVS 1002 - 1977
- Għandek lili hawn hekk/Ġej il-Milied - Freddie & The Black Train - Riviera - RVS 1003 - 1977
- Wied ta’ dmugħ/Tgħidx le - Freddie & The Black Train - Freddie Portelli Records - FPS 003 - 1978
- Play it again/My Lord - Freddie & The Black Train - Trash Records - TRA 1002 - 1980
Fis-sena 1978, Freddie & The Black Train ħarġu wkoll żewġ long plays li kienu Viva Malta u Freddie & The Black Train. L-ewwel lp Viva Malta li kien fuq it-tikketta ‘Riviera’ numru RVLP 2003, kien diska bis-suċċessi li dan il-grupp ħareġ fis-snin qabel u kien fih dawn il-kanzunetti: Viva Malta, Kliem, Titlaqnix, Jidbiegħdu, Joħlom min irid, Ejja lura, Mulej, Fuqek ser immut, Se jkolli nemmen, Flimkien, Ma kellekx tort, Ħallini. Freddie & The Black Train kien ħareġ fuq it-tikketta ‘Freddie Portelli Records’ numru FP 1001, kellu dawn il-kanzunetti, kollha kompożizzjoniet ta’ Freddie Portelli: The way I’m gonna be, Jekk ma tafux, When the sun goes down, Dabbar rasek, Read about me, Lejl u nhar, Black train, Carmeline, There’ll be nobody, Dawk l-għajnejn, Fever, Mr Blue.
Wara żmien mal-grupp The Black Train, Freddie Portelli beda karriera bħala solista u hawn kellu erba’ diski li kienu:
- Ġenna ta’ l-art/Heaven on earth - Red Door Records - RD 05 -
- Give me a song/In my dreams - Red Door Records - RD 09 -
- Xewqat Sbieħ/Ave Maria (Bach/Gounod) - Hy-fin Records - HR 2 - 1987
- Everyday/Ave Maria (Bach/Gounod) - KTA 017 -
Freddie kiteb ukoll kanzunetti li bintu Claudette kienet kantatt meta kella biss erba’ snin u dawn il-kanzunetti kienu ħarġu fuq diska 45 u kassette. Id-diska 45 kienet maħruġa fuq it-tikketta ‘Eljayar Records’, numru ERX 0017 u kienet: Claudette (verżjoni bil-Malti)/Claudette (verżjoni bit-Taljan). Il-kassette li kien ġab l-isem Claudette kien fih dawn il-kanzunetti: Claudette, Fil-klassi, Vettina, Freddie d-drummer, Elvis Presley, Inkantaw, Martha-Lara, Inkanta li rrid, Joe l-Bajżu, Nitlob lill-Bambin. Fis-sena 1986, meta Claudette kellha madwar 12-il sena, it-tikketta ‘Play Records’ ħarġet diska 45, numru Play 211, ' fl-Ingilterra. Din id-diska, b’żewġ kompożizzjoniet ta’ Freddie Portelli u li bintu Claudette kantatt, kienet: Minor on/That’s what I like.
Bħala solista wkoll, Freddie Portelli ħareġ seba’ compact discs u dawn huma:
- Għal dejjem (double c.d.) - KTA 014
- Narak kullimkien (c.d.) - KTA 053
- Elvis your name will never die (c.d.) - KTA 114
- U mela! (c.d.) - 1998
- Tinkwieta xejn (c.d.) - D’Amato - VAV 035 - 1999
- Tislima lil Sammy Bartolo (c.d.) - VAV 042 - 1999
- Reaching out (triple c.d.) - Exotique - EXCD 003 - 2000
Dan l-aħħar compact disc, hemm fih kanzunetti li Freddie Portelli kiteb u li huma kantati minn bintu Claudette u ġew irrekordjati meta kella bejn 12 u 15-il sena.