Francisco Javier "Javi" Martos Espigares (Alamedilla, 4 ta' Jannar 1984) huwa plejer tal-futbol Spanjol li jilgħab bħala difensur lemini.

Javi Martos
Informazzjoni personali
Isem sħiħFrancisco Javier Martos Espigares
Twelid4 ta' Jannar 1984 (1984-01-04) (40 sena)
AlamedillaSpanja
Tul1.81 m
RwolDifensur lemini
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliPrat
Mixtliet
1993–2003Barcelona
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2006Barcelona C
2006Barcelona
2006–2007CSKA Sofia
2007Girona
2007–2008Málaga B
2008–2010Iraklis
2011–2019Charleroi
2019–2020Andorra
2020–Prat

Karriera

immodifika

Imwieled ġewwa Alamedilla, Granada, Martos qatta' għaxar snin sħaħ fl-akkademja ta' Barcelona,[1] iżda rrappreżenta biss lit-Tim Ċ. Fl-20 ta' Mejju 2006 hu lagħab l-ewwel u l-unika logħba tiegħu fil-La Liga, meta daħal bħala sostitut minflok Andrea Orlandi fit-tieni taqsima, fit-telfa ta' 1–3 kontra Athletic Bilbao fl-Estadio San Mamés, il-post fejn ġie ssiġillat ir-rebħ tal-kampjonat.[2]

Martos qatta' perjodu qasir mal-klabb Bulgaru ta' CSKA Sofia wara li ġie rilaxxat mill-Blaugrana, qabel ma kompla l-karriera tiegħu fil-futbol dilettantesk, l-ewwel ma' Girona imbagħad ma' Atlético Malagueño. Fis-sajf tal-2008 huwa ssieħeb ma' Iraklis Thessaloniki, fejn mal-ewwel sab postu mal-ewwel ħdax u għen lit-tim għall-għaxar post fil-klassifika tas-Super League għal sentejn konsekuttivament.

Fix-xitwa tal-2011 iffirma kuntratt ma' Charleroi fil-Belġju.[3] Huwa kellu jsofri relegazzjoni mill-Ewwel Diviżjoni, iżda kiseb il-promozzjoni mal-ewwel staġun sħiħ tiegħu.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "La entrevista: Javi Martos" (bl-Ispanjol). Calentando Banquillo. 2009-10-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-04-16. Miġbur 2012-10-31.
  2. ^ "Athletic Bilbao 3-1 Barcelona" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2006-05-20. Miġbur 2012-10-31.
  3. ^ "Javi Martos, oficialmente nuevo jugador del Charleroi" (bl-Ispanjol). Tablón Deportivo. 2011-01-22.

Ħoloq esterni

immodifika