François Hollande
François Hollande (Rouen, 12 ta' Awwissu 1954) kien l-President ta' Franza. Huwa kien is-Segretarju Ewlieni tal-Partit Soċjalista Franċiż mill-1997 sal-2008, u Deputat tal-Assemblea Nazzjonali mill-1988 sal-1993 u mil-1997 sal-2012. Kien ukoll Sindku ta' Tulle mill-2001 sal-2008 u President tal-Kunsill Ġenerali ta' Corrèze mill-2008 sal-2012. Kien elett President ta' Franza nhar is-6 ta' Mejju 2012, wara li għeleb lil Nicolas Sarkozy. Huwa t-tieni President mill-Partit Soċjalista Party tal-Ħames Repubblika Franċiża wara François Mitterrand.
Tfulija immodifika
Bin Nicole Frédérique Marguerite Tribert (1927–2009), social worker, u Georges Gustave Hollande, tabib tal-ENT. Trabba bħala Kattoliku għalkemm wara sar anjostiku. Meta kellu 13-il sena familtu marret tgħix Neuilly-sur-Seine, subborg f'Pariġi.
Studju immodifika
Ħa l-edukazzjoni tiegħu fi skola tal-Knisja, Saint-Jean-Baptiste-de-la-Salle boarding school, imbagħad HEC Paris, l-Institut d'études politiques de Paris, u l-École nationale d'administration. Ggradwa minn hemm fl-1980 u wara daħal fil-Cour des comptes. Bħala student universitarju qatta' s-sajf 1974 fl-Istati Uniti. Wara li ggradwa daħal jaħdem fil-Qorti tal-Awditjar.
Politika immodifika
Ta' 25 sena ngħaqad mal-Partit Soċjalista. Inħatar bħala s-Segretarju Ewlieni tal-Partit Soċjalista Franċiż mill-1997 sal-2008, u Deputat tal-Assemblea Nazzjonali mill-1988 sal-1993 u mil-1997 sal-2012. Kien ukoll Sindku ta' Tulle mill-2001 sal-2008 u President tal-Kunsill Ġenerali ta' Corrèze mill-2008 sal-2012.
Appoġġ lil Joseph Muscat immodifika
F'messaġġ irrekordjat li ntwera fl-aħħar mass meeting tal-Partit Laburista Malti, nhar is-7 ta' Marzu 2013, Hollande ta l-appoġġ tiegħu lil Muscat u qal: “Id-9 ta’ Marzu jippermetti lil Joseph Muscat li jingħaqad magħna fil-Kunsill Ewropew. Jiena għandi bżonnu, l-Ewropa għandha bżonn lil Malta, u aħna lkoll għandna bżonn tkabbir ekonomiku b’saħħtu fl-Ewropa, tama ġdida u sens usa / wiesa’ ta’ solidarjetà. Fi kliem ieħor għandna bżonn il-bidla.”
Muscat u l-Partit Laburista Malti rebħu l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 b'maġġoranza kbira. Hollande bagħat messaġġ ta’ awguri lil Dr Joseph Muscat għall-ħatra l-ġdida tiegħu bħala l-Prim Ministru ta’ Malta. Waqt li qal li dan ir-riżultat ifisser li l-poplu Malti għandu fiduċja sħiħa f’Muscat, Hollande esprima x-xewqa tiegħu li r-relazzjonijiet bejn Malta u Franza jkomplu jissaħħu u għalhekk, stieden lil Joseph Muscat biex iżur Pariġi, speċjalment f’dan il-mument kruċjali fl-Ewropa, fejn il-pajjiżi jridu jaħdmu flimkien għal tkabbir, tisħiħ tal-Unjoni u għall-konferma tas-solidarjetà bejniethom. Hollande qal li l-impenn ta’ Muscat huwa b’saħħtu u qed iħares ’il quddiem biex jaħdem miegħu fil-Kunsill Ewropew li jmiss.
Nhar l-14 ta' Marzu 2013 Hollande iltaqa' l-ewwel darba ma' Muscat wara li dan sar Priministru.