Fortizza Tas-Silġ
Il-Fortizza Tas-Silġ[1] hija foti poligonali f'Marsaxlokk, Malta. Inbniet bejn l-1879 u l-1883 mill-Ingliżi fuq art għolja fit-tarf tax-xatt tal-ponta ta' Delimara, fuq il-Ħofra-ż-Żgħira. Il-funzjoni primarja tagħha kienet bħala punt ta’ kontroll għall-isparar tal-kanuni miġbura fil-Fortizza ta' Delimara taħtha.
Data meta nħoloq | 1879 |
---|---|
Pajjiż | Malta |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Marsaxlokk |
Koordinati | 35°50′24″N 14°33′25″E |
Propjetarju | Gvern ta' Malta |
Ikkummissjonat minn | Imperu Brittaniku |
Category for the view from the item | Category:Views from Fort Tas-Silġ |
Kienet parti minn katina ta’ fortifikazzjonijiet maħsuba biex jipproteġu l-Port ta’ Marsaxlokk, flimkien mal-Fortizza ta' Delimara li tħares lejn il-baħar tul il-ponta ta’ Delimara, il-ġenb tat-tramuntana tal-Bajja ta’ Marsaxlokk, il-Forti San Luċjan fuq il-ponta l-Kbira f’nofs il-bajja, il-Fortizza ta' Bengħisa fuq il-ponta ta' Bengħisa, u il-batteriji Pinto u Ferretti fuq ix-xtut tal-bajja.
Madwar 300 metru fit-tramuntana tal-Fortizza Tas-Silġ hemm il- Batterija ta’ San Pawl, fortifikazzjoni ta’ stil poligonali ħafna iżgħar, li tinsab f’kundizzjoni ferm agħar.
Storja
immodifikaL-ewwel ġebla tal-Fortizza Tas-Silġ twaqqfet fl-1879 wara suġġeriment minn inġiniera militari Ingliżi, u tlestiet fl-1883.[2] Il-fortizza hija eżempju klassiku ta' forti poligonali, u kellha kwartieri u mħażen taħt l-art, u bitħa tal-parati spazjuża. Il-fortizza hija mdawwar b'foss, u d-daħla kienet protetta b'portijiet tal-kanuni fuq naħa waħda u pont li jwassal għall-bieb.
Id-disinn u l-post tal-forti kien ikkritikat minn numru ta’ inġiniera militari, u l-armament tagħha ta’ sitt kanuni RML 64 pounder 64 cwt inbidel numru ta’ drabi qabel ma tneħħa fl-1903.
Fis-snin 50, il-forti ntuża mill-RAF (100 Signals Unit). Matul dak iż-żmien il-maskot tal-kamp kien kelb jismu Dodger. Aktar tard, il-kelb Rusty u l-kelba Scrubber kienu jgħixu fuq il-post. Scrubber welldet 14-il ġeru, li kollha sabu djar xi mkien ieħor f’Malta.[3] Waħda mit-tliet Aerials fuq il-forti intużat fil-film tal-gwerra tal-1953 Malta Story.
Il-fortizza ġiet dekummissjonat u mgħoddi lill-awtoritajiet ċivili fl-1960.
Fil-preżent
immodifikaMill-1991, il-forti kien mikri lill-Island Sanctuary bħala kenn għall-klieb.[4] Is-santwarju jħallas lill-gvern kera annwali ta’ €232 għall-użu tal-fortizza.[5]
Il-gatehouse, u l-foss lejn ix-xatt huma fi stat tajjeb, iżda kien hemm kollass konsiderevoli fil-wiċċ ta' ġewwa tal-foss tat-tramuntana.
Fl-2015, il-fortizza ġiet propost bħala sit possibbli għall-kampus tal- Università Amerikana ta' Malta, izda dan ma ntgħażlitx.[6]
Gallerija
immodifika-
Xarpa u foss
-
Gatehouse u rampa ta' avviċinament
-
Caponier
-
Kollass tax-xalpa
-
Xarpa u foss
-
Kontraskarpa tal-foss u caponier
-
Foss tal-gatehouse
-
Caponier
-
Tabella tal-Island Sanctuary
-
Veduta mill-fortizza
Referenzi
immodifika- ^ Castillo, Dennis Angelo (2006). The Maltese Cross: A Strategic History of Malta. Greenwood Publishing Group. p. 135. ISBN 0313323291.
- ^ "Delimara Gas and Power Combined Cycle Gas Turbine and Liquefied Natural Gas receiving, storage and re-gasification facilities - Environmental Impact Assessment - Appendix Two Volume One" (PDF). MEPA. ERSLI Consultants Ltd on behalf of Enemalta Corporation. 20 December 2013. pp. 26–28. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-29 March 2015.
- ^ Debattista, Martin (23 December 2012). "Adopt a beautiful abandoned dog". Times of Malta. Miġbur 31 December 2014.
- ^ "About us". The Island Sanctuary. Miġbur 31 December 2014.
- ^ Debono, James (21 December 2011). "Benghajsa fort to be returned to government". Malta Today. Miġbur 31 December 2014.
- ^ "'American' University to occupy Dock 1 buildings and reduced Zonqor site". Times of Malta. 20 August 2015. Miġbur 20 August 2015.