Fliegu ta' Malta

il-baħar bejn Malta u Sqallija

Il-Fliegu ta' Malta (bl-Ingliż: Malta Channel) jifred il-gżira Ewropea ta' Malta mill-ponta tan-nofsinhar ta' Sqallija. Il-fliegu jservi bħala rabta tar-rotta tal-baħar lejn l-Ewropa għall-Maltin. Il-Virtu Ferries tieħu nies u karozzi minn Malta għall-Italja u viċi versa regolarment billi taqsam dan il-fliegu.

Fliegu ta' Malta
fliegu
Parti minnStrait of Sicily Immodifika
PajjiżItalja, Malta Immodifika
Koordinati36°21′0″N 14°39′0″E Immodifika
Map
Il-flegu ta' Malta

Il-kanal għandu wisa' massimu ta' 102 kilometres (63 mi), filwaqt li fl-iktar punt dejjaq fih madwar 81 kilometres (50 mi). Ikkaratterizzat minn ilmijiet relattivament baxxi, għandu fond massimu ta' 171 metres (561 ft). Il-qiegħ tal-baħar, kemxejn aktar fil-fond fit-tarf tan-Nofsinhar ta’ Malta, għandu tendenza li jogħla hekk kif wieħed jersaq lejn il-kosti ta’ Sqallija.

Fit-Tieni Gwerra Dinjija, din il-medda ta' baħar rat battalji navali u kien ukoll imminat ħafna meta l-Kolonja tal-Kuruna ta’ Malta ppruvat twassal l-provizzjonijiet lill-gżira. Qabel dan, kien hemm ukoll battalji navali oħra miġġielda bejn il-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann u l-flotta naval Ottomana, kif ukoll matul il-Gwerer Puniċi.