ACF Fiorentina
ACF Fiorentina, magħruf aħjar bħala sempliċement Fiorentina, huwa klabb tal-futbol Taljan mill-belt ta' Firenze, fit-Toskana. Iffundat wara fużjoni fl-1926 (u fundat mill-ġdid fl-2002 wara l-falliment), Fiorentina lagħbu l-biċċa l-kbira tal-istorja tagħhom fl-ogħla livell tal-futbol Taljan; erba' klabbs oħra lagħbu iktar staġuni fis-Serie A.
Fundazzjoni | 1926 | |||
---|---|---|---|---|
Grawnd | Stadio Artemio Franchi (en) | |||
Proprjetarju | Rocco B. Commisso (en) | |||
Kowċ | Raffaele Palladino (en) | |||
Kampjonat | Serie A | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Fiorentina rebħu l-kampjonat darbtejn, fl-istaġun 1955–56 u għal darb'oħra fl-1968–69, kif ukoll sitt trofej tal-Coppa Italia u Supercoppa Italiana waħda. Fix-xena Ewropea, Fiorentina rebħu t-Tazza tat-Tazez Ewropej fl-1960–61 u tilfu l-finali tas-sena ta' wara. Huma spiċċaw finalisti telliefa tat-Tazza taċ-Ċampjins 1956–57, wara li tilfu kontra Real Madrid, u waslu viċin biex jirbħu t-Tazza UEFA meta tilfu l-finali tal-istaġun 1989–90.
Mill-1931, il-klabb ilu jilgħab fi Stadio Artemio Franchi li attwalment jesa' mas-47,282 ruħ. Il-grawnd uża numru ta' ismijiet matul is-snin u ġie rinnovat numru ta' drabi. Fiorentina huma l-aktar magħrufin bil-laqam Viola, bħala referenza għall-kulur vjola tagħhom.
Unuri
immodifikaKompetizzjonijiet domestiċi
immodifika- Serie A: 2
- 1955–56, 1968–69
- Serie B: 3
- 1930–31, 1938–39, 1993–94
- Serie C2: 1
- 2002–03 (bħala Florentia Viola)
- Coppa Italia: 6
- 1939–40, 1960–61, 1965–66, 1974–75, 1995–96, 2000–01
- 1996
Kompetizzjonijiet internazzjonali
immodifika- 1960–61
Referenzi
immodifikaĦoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': ACF Fiorentina |
- (IT, EN) Sit uffiċjali