Liebru l-ġebel aħmar ta' Smith
Il-Liebru l-ġebel aħmar ta' Smith Pronolagus rupestris jew kif inhu msejjaħ xi kultant ukoll Fenek aħmar ta' Smith, huwa mammiferu plaċentat notturn (ta' bil-lejl) u solitarju tal-familja Leporidae fl-ordni Lagomorpha mifrux fil-kontinent Afrikan. Dan il-leporidu bħat-3 speċijiet l-oħra tal-ġeneru Pronolagus, għalkemm jissejjaħ "Liebru l-ġebel" huwa speċi ta' fenek.
Liebru l-ġebel aħmar ta' Smith | |
---|---|
Liebru l-ġebel aħmar ta' Smith jew Fenek aħmar ta' Smith, Pronolagus rupestris | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Pronolagus |
Speċi: | P. rupestris |
Isem binominali | |
Pronolagus rupestris A. Smith, 1834 | |
Sottospeċi | |
Dan il-liebru l-ġebel għandu pil oħxon ta' lewn kannella man-naħa tad-dahar, filwaqt dak tas-sider u ż-żaqq huwa fin ħafna ta' kulur bajdani. Id-denb u l-erba' saqajn huma lewn is-sadid ħamrani waqt il-wiċċ u l-widnejn huma ta' kulur griż. Liebru l-ġebel aħmar ta' Smith adult jista jkun twil bejn 39 u 57 ċentimetru bid-denb b'kollox, b' par saqajn ta' wara bejn 7.5 u 10 centimetri kull sieq, b' par widnejn bejn 6 u 10 ċentimetri kull widna u jiżen madwar 2 kilogrammi.
Il-Liebru l-ġebel aħmar ta' Smith mifrux f'abitat kollu ġebel, blat u rdum, ħaxix għoli u xtieli mdaqqsa, mal-ġnub u l-madwar tal-għoljiet u l-muntanji fejn ikun jista' jsib kenn matul il-ġurnata u din hija r-raġuni minn fejn oriġina l-isem komuni ta' din l-ispeċi.
Riproduzzjoni
immodifikaIl-Liebru l-ġebel aħmar ta' Smith wara tqala jew ġestazzjoni ta' madwar 30 jum jirriproduċi boton ta' żarmuġ jew 2 li jitwieldu ogħmja, bla pil u totalment dipendenti fuq l-omm, ġo bejta qalb ix-xquq fil-ġebel magħmula minn ħaxix u pil ta' l-omm stess.
Distribuzzjoni
immodifikaIl-Liebru l-ġebel aħmar ta' Smith huwa speċi ta' fenek mifrux ma' bosta pajjiżi lejn iċ-ċentru u n-Nofsinhar tal-kontinent tal-Afrika. Dan il-Liebru l-ġebel għandu popolazzjonijiet fil-Kenja, il-Malawi, in-Namibja, ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, ir-Rodeżja, it-Tanżanija u ż-Żambja.
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Ġeneru Pronolagus
- Liebru l-ġebel aħmar ta' Smith, Pronolagus rupestris
- Sottospeċi
- Pronolagus rupestris curryi (Thomas, 1902)
- Pronolagus rupestris nyikae (Thomas, 1902)
- Pronolagus rupestris rupestris (A. Smith, 1834)
- Pronolagus rupestris vallicola (Kershaw, 1924)
- Liebru l-ġebel aħmar ta' Smith, Pronolagus rupestris
- Ġeneru Pronolagus
- Familja Leporidae
Reċentement is-sottospeċi Pronolagus rupestris saundersiae (Hewitt, 1927) ġiet riklassifikata bħala speċi, Pronolagus saundersiae (Hewitt, 1927) bl-isem komuni ta' Liebru l-ġebel aħmar ta' Hewitt.
Referenzi
immodifika- Lagomorph Specialist Group (1996).Pronolagus rupestris.