Fabrizio Sceberras Testaferrata

Il-Kardinal Fabrizio Sciberras Testaferrata (Valletta, 1 ta' April 1757 - 3 ta’ Awwissu, 1843) kien l-ewwel Kardinal Malti u l-uniku wieħed Malti għal kważi 200 sena sa meta sar Prospero Grech.

Fabrizio Sceberras Testaferrata
isqof djoċesan

6 April 1818 -
Leo XII (en) Translate - Antonio Maria Cagiano de Azevedo (en) Translate
Dioceses: Roman Catholic Diocese of Senigallia (en) Translate
kardinal

8 Marzu 1816 -
Apostolic Nuncio to Switzerland (en) Translate

20 Settembru 1803 -
Arċisqof Kattoliku

21 Diċembru 1802 -
arċisqof titulari

20 Settembru 1802 -
Dioceses: Berytus (en) Translate
Ħajja
Twelid Valletta, 1 April 1757
Nazzjonalità Malta
Mewt Senigallia, 3 Awwissu 1843
Post tad-dfin Senigallia
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot Kattoliku

Kien mgħammed fit-3 ta' April 1757.

Fl-1770 laħaq Kanonku Kuġitur. Kien Gvernatur u Delegat Appostoliku fl-Italja, ġewwa Narni, Città di Castello, Fano, Tolentino u Macerata.

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Collegio Clementino, Ruma (1771), La Sapienza, Ruma (ħa dottorat fil-utroque iure, fis-26 ta’ Novembru, 1785). Irċieva l-Crucem Aureaum Devotionis mill-Gran Mastru tal-Ordni f’Malta fit-12 ta’ Diċembru, 1786.

Qaddes fil-1802, u fl-istess sena, nhar l-20 ta’ Settembru, 1802, inħatar Arċisqof Titulari ta’ Berito u rċieva l-Ordinazzjoni Episkopali u l-Pussess fil-21 ta’ Diċembru, tal-istess sena ġewwa Ruma mill-Kardinal Giuseppe Maria Doria Panpilj (1751-1816).

Inħatar Nunzju għall-Iżvizzera fl-20 ta’ Settembru, 1803 u Segretarju għal Kongregazzjoni tal-Isqfijiet u Regulari fil-1815.

Kardinal

immodifika

Maħtur Kardinal u baqa’ reservat in pectore fil-Konċistorju ta’ nhar it-8 ta’ Marzu, 1816 mill-Papa Piju VII (1800-1823) fl-età ta’ 59 sena. Dan kien l-10 Konċistorju li fih kienu saru 31 Kardinal. Fost dawn il-Kardinali kienu laħqu żewġ Papiet . Ismu ġie ippublikat fil-konċestorju tas-6 ta’ April, 1818 u rċieva l-kappell l-aħmar taħt it-titlu djoċesan ta’ Santa Pudenziana nhar it-22 ta’ Mejju tal-istess sena.

Ġie trasferit għad-dioċesi ta’ Senigallia fejn baqa hemm sa mewtu.

Il-Kardinal Sciberras kellu sehem fi tliet Konklavi (elezzjonijiet sa biex jeleġu Papa) li fl-ewwel żewġ konklavi laħqu Papiet mill-istess Konċistorju tiegħu (jiġifieri laħqu Kardinali miegħu). Dan ifisser li f’dawn it-tliet konklavi l-Kardinal Sciberras seta' ġie elett Papa.

1. Fl-ewwel konklavi li ha sehem kienu saru mit-2 sa 28 ta’ Settembru 1823 (kwazi xahar) fejn kienu ivvutaw 49 min 53 Kardinal u kien ġie magħżul Annibale della Grengo li ħa l-isem ta’ Ljun XII, Papa (1823 sa 1829);

2. Fit-tieni darba li ħa sehem f'konklavi, kien sitt snin wara, u kienu saru bejn 24 ta’ Frar sa 31 ta’ Marzu, 1829 (ħames gimgħat) fejn kienu ivvutaw 50 min 58 Kardinal u kien ġie magħżul Francesco Saverio Castiglioni li ħa l-isem ta’ Piju VIII, Papa (1829 sa 1830);

3. Fit-tielet u l-aħħar konklavi li kellu sehem, f’inqas min sentejn wara, bejn 14 ta’ Dicembru, 1830 sa 2 ta’ Frar, 1831 (xahar u nofs) fejn kienu ivvutaw 45 min 54 Kardinal u kien ġie magħżul Mauro Alberto Cappellaci, O.S.B. Cam, ħa l-isem ta’ Gregorju XVI, Papa (1831 sa 1846).

Il-Kardinal Fabrizio Sceberras Testaferrata miet fit-3 ta’ Awissu, 1843 fl-eta ta’ 86 sena. Tpoġġa għal qima u wara l-funzjoni funebri ġie midfun fil-Katidral ta’ Senigallia.