Fabbrika tal-Ħadid ta' Engelsberg

Sit ta' Wirt Dinji fl-Iżvezja

Il-Fabbrika tal-Ħadid ta' Engelsberg (bl-Iżvediż: Engelsbergs bruk; bl-Ingliż: Engelsberg Ironworks) hija fabbrika tal-ħadid li tinsab f'Ängelsberg, li huwa villaġġ fil-Muniċipalità ta' Fagersta f'Västmanland, l-Iżvezja. Inbniet fl-1681 minn Per Larsson Gyllenhöök (1645-1706) u ġiet żviluppata f'waħda mill-iżjed fabbriki tal-ħadid moderni fid-dinja fil-perjodu 1700-1800. Il-fabbrika tniżżlet bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993.[1]

Il-Fabbrika tal-Ħadid ta' Engelsberg
 
Il-forn tal-blast minn ġewwa

Il-Fabbrika tal-Ħadid ta' Engelsberg issemmiet għall-ħaddiem tal-minjieri Englika. Englika, li twieled fil-Ġermanja, beda jipproduċi l-ħadid f'Engelsberg fis-seklu 14.[2]

L-istorja tal-produzzjoni tal-ħadid fir-reġjun tmur lura għal mill-inqas is-seklu 13. Ir-raħħala lokali kienu jħaffru għall-minerali tal-ħadid u kienu jipproduċu l-ħadid permezz ta' fran primittivi.[1]

Fl-aħħar tas-seklu 16 bdew jintużaw metodi ta' produzzjoni iktar moderni f'Engelsberg u l-volumi tal-produzzjoni żdiedu b'mod sostanzjali fid-deċennji ta' wara.[1]

Deskrizzjoni

immodifika

Fost il-binjiet li ġew ippreservati hemm villa residenzjali, id-dar tal-ispettur u d-dar tat-tidwib b'forn tal-blast.[1]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika
 
Il-fonderija

Il-Fabbrika tal-Ħadid ta' Engelsberg ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993.[1] Il-produzzjoni ta' kwalitajiet superjuri ta' ħadid fl-Iżvezja għamluha minn ta' quddiem nett f'dan il-qasam fis-sekli 17 u 18. Dan is-sit huwa l-iżjed eżempju ppreservat tajjeb ta' fabbriki tal-ħadid tal-Iżvezja u huwa l-iktar wieħed komplut.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d e f Centre, UNESCO World Heritage. "Engelsberg Ironworks". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-09.
  2. ^ "Världsarvet Engelsbergs bruk". Ekomuseum Bergslagen (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-05-09.
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sweden - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-09.