Ester (Lhudi: אֶסְתֵּר), imwielda Ħadassa, hija l-eroj ta' wieħed mill-kotba tal-Bibbja, il-Ktieb ta' Ester. Skont il-Bibbja, hija kienet ir-reġina Lhudija, mart is-sultan Persjan Assweru (tradizzjonalment miżmum bħala Serse I). Il-ġrajja tagħha hija l-bażi tal-festa Lhudija tal-Purim.

Ester
Ħajja
Twelid Achaemenid Empire (en) Translatec. 6 century BC
Mewt Achaemenid Empire (en) Translate, 5 century "BCE"
Familja
Konjuga/i Ahasuerus (en) Translate
Tribù Tribù ta' Benjamin
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
Festa
1 ta' Lulju

Fil-Bibbja

immodifika

Il-Ktieb ta’ Ester wasal għandna f ’zewġ forom: forma qasira bil-Lhudi, miktuba fi tmiem il-ħakma Persjana, u forma twila miktuba bil-Grieg, maħduma fis-sena 78/77 qabel Kristu, u li l-Knisja aċċettat biż-żjidiet kollha. Dan il-ktieb jippreżentalna qisu dramm li jdur fuq xebba Lhudija, Ester, li minn eżiljata tasal biex issir Sultana tal-Persja. F’din l-istorja Ester issir il-protagonista tal-ħelsien tal-Lhud. F’dan id-dramm diversi huma l-protagonisti li jissemmew: hemm Mordekaj li kien Lhudi u li kien sar qaddej tas-Sultan Assweru wara li kixef konfoffa li kienet qiegħda ssir kontra tiegħu; hemm Ħaman, ministru tas-sultan li jitlob li kulħadd jitbaxxa quddiemu, ħaġa li Mordekaj jirrifjuta li jagħmel. Dan l-atteggjament ħaraq lil Ħaman li jilgħab lis-sultan u jġiegħlu jordna l-qerda ta’ Mordekaj u l-Lhud kollha tal-Persja; jtellà bix-xorti jum għal din il-qerda. Hu hawnhekk li tidħol Ester: imqanqla minn Mordekaj hija tidħol għal-Lhud quddiem is-sultan, minkejja l-periklu għal ħajjitha u ssalvahom. Ħaman jigi mgħallaq bil-forka li hu stess kien ordna li titlesta għal Mordekaj. Din il-ġrajja ssir okkazjoni ta’ festa għal-Lhud. Din il-grajja wasslet biex tigi mwaqqfa l-festa tal-Purim (xorti) (9, 20).

Dramm Storiku

immodifika
 
"Assweru u Haman fil-feata ta' Ester," pittura ta' Rembrandt

Kulħadd jaqbel li dan il-Ktieb ta’ Ester jippreżentalna dramm storiku: huwa maħluq biex jagħti raġunijiet storiċi u reliġjużi għal waħda mill-festi ż-żgħar tal-Lhud, dik tal-Purim. Din il-festa, li kellha u għad għandha aspett ta’ Karnival, fil-fatt kienet festa li kienet issir fost il-Lhud li ħelsu mill-qerda fil-pajjizi tal-Lvant, fi tmiem il-perjodu Persjan. Aktar tard din il-festa bdiet issir ukoll fil-Palestina. U biex il-festa jkollha bażi, awtur mhux magħruf, kiteb bil-Lhudi dan id-dramm, fit-tieni seklu qabel Kristu. Il-verżjoni Griega żiedet xi testi li ma kinux miġburin fid-dramm Lhudi. Huma żjidiet li riedu jagħtu aspett aktar reliġjuż lil dan id-dramm.