Enner Valencia
Enner Remberto Valencia Lastra (imwieled fl-4 ta' Novembru 1989) huwa futboler professjonali Ekwadorjan li jilgħab bħala attakkant mal-klabb tas-Süper Lig Fenerbahçe u kaptan tat-tim nazzjonali tal-Ekwador.[1]
Enner Valencia | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Enner Remberto Valencia Lastra |
Twelid | San Lorenzo (en) , 4 Novembru 1989 (35 sena) |
Nazzjonalità | Ekwador |
L-ewwel lingwa | Spanjol |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Spanjol |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | plejer tal-futbol |
Mudell:Infobox biography/sport/football | |
Parteċipant | |
Pożizzjoni jew speċjalità | attakkant |
Numru tal-isport | 13 |
Piż | 74 kg |
Tul | 174 cm |
Valencia kien jilgħab ma' Emelec fl-Ekwador, fejn rebaħ is-Serie A tal-Ekwador tal-2013 u ngħata ż-Żarbuna tad-Deheb tal-Copa Sudamericana fl-2013. Valencia lagħab wkoll ma' Pachuca fil-Messiku, fejn ingħata ż-Żarbuna tad-Deheb tal-Liga Messikana fit-tournament Clausura tal-2014. F'Lulju tal-2014 huwa ngħaqad ma' West Ham United għal madwar £12-il miljun.
Fil-livell internazzjonali, Valencia lagħab 'il fuq minn 70 logħba għall-Ekwador mid-debutt tiegħu fl-2012. Huwa rrappreżenta n-nazzjon fit-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2014 u fil-Copa América fl-2015, fl-2016, fl-2019 u fl-2021.[2] B'35 gowl, Valencia huwa l-aqwa skorer ta' kull żmien tal-Ekwador, u flimkien ma' Agustín Delgado għandu r-rekord ta' gowls fit-tournaments tal-finali tat-Tazza tad-Dinja għall-pajjiż, bi tliet gowls.[3]
Referenzi
immodifika- ^ "Enner Valencia - Profile". Fifa.com. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-07-09. Miġbur 2022-11-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Enner Valencia - Perfil del jugador 22/23". www.transfermarkt.es (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-11-20.
- ^ "Enner Valencia entra al Top 10 de goleadores históricos". Estadio . 22 Jun 2015. Arkivjat mill-oriġinal fl-20 October 2018. Miġbur 20 November 2022.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link) Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)