Edmond Agius
Edmond Agius (twieled fit-23 ta' Frar 1987) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab mat-tim ta' Sliema Wanderers bħala midfilder.[1]
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Edmond Agius | ||
Twelid | 23 ta' Frar 1987 Rabat, Malta | ||
Rwol | Midfilder | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Sliema Wanderers | ||
Mixtliet | |||
Hibernians | |||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2005–2008 | Hibernians | ||
2008–2014 | Valletta | ||
2014–2017 | Birkirkara | ||
2017– | Sliema Wanderers | ||
Tim nazzjonali | |||
2012– | Malta |
Karriera
immodifikaEdmond Agius beda l-karriera tiegħu ma' Hibernians u ddebbutta fil-kampjonat fl-2005. Mal-klabb Pawlist lagħab total ta' 41 logħba u skorja tliet gowls. F'Ġunju tal-2008 issieħeb ma' Valletta. Fl-istaġun 2010–11 ifforma parti mit-tim Belti li rebaħ it-titlu tal-kampjonat mingħajr telfa.
Fis-sajf tal-2014, Agius issieħeb ma' Birkirkara fejn iffirma kuntratt ta' tliet snin.
Internazzjonali
immodifikaAgius għamel id-debutt mat-tim nazzjonali Malti fid-29 ta' Frar 2012 f'rebħa ta' 2–1 kontra l-Liechtenstein.
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- Hibernians
- Premier League Malti: 2008–09
- Tazza Maltija: 2007
- Super Cup Maltija: 2007–08
- Valletta
- Premier League Malti: 2010–11
- Super Cup Maltija: 2010–11, 2011–12
Referenzi
immodifika- ^ "Transfermarkt profile". Transfermarkt.co.uk (bl-Ingliż). 1987-02-23. Miġbur 2012-02-27.
Ħoloq esterni
immodifika- Edmond Agius fuq National-Football-Teams.com