Diskussjoni mudell:Lokalità

Latest comment: 16-il sena ilu by Chrisportelli in topic Użu tat-template

Dettalji żgħar

immodifika

Roderick, tinsiex l-aċċent fit-tarf tal-kelma Lokalità. Tassew għoġbitni t-templata/templejt(?) li ħejjejt. Xtaqt niġbidlek l-attenzjoni wkoll għal Area li, ma ninsewx, bil-Malti tinkiteb Erja. Ma nafx hijiex idea rilevanti, imma fit-tabella tista' żżid fillieri għall-ismijiet mogħtija mill-Gran Mastri għall-Ibliet eż. Città Hompesch, Città Beland eċċ. --Ferdinand 06:49, 17 Settembru 2005 (UTC)Wieġeb

Grazzi ħafna tal-kummenti Ferdinand.
(1) Rigward l-aċċent fuq l-a: Naf bih u nfatti llum inbiddlu daqsxejn. It-template lbieraħ ħlistu tard flgħaxija u biex ngħidlek il-verità għamiltu iktar biex ikolli bażi fuq xiex naħdem illum. Jiġifieri ċerti rqaqat ħallejthom barra intenzjonalment.
OK (2) Rigward l-ismijiet relatati ma' Gran Mastri: Proposta nteressanti. Ta' min jinkludihom ukoll fil-lista.
(3) Area vs. Erja: Din għandu naqra ta' dilemma fuqha. Jien personalment meta jkolli nuża ċertu kliem tekniku ħa nisselfu mit-Taljan u mhux mill-Ingliż (għax hekk titlob ir-regola u għax is-sens komun jgħidli li l-Malti u l-Ingliż mhux relatati, kuntrarju għall-Malti u t-Taljan). Allura l-kelma personalment ma naqrahiex bħala Erja iżda Area (minn it. Area). Irrid niċċekkja sew fuqha u għalissa nissuġġerixxi li nħalluha hekk sakemm ikollna risposta definittiva. Saħħa - --Roderick Mallia 07:51, 17 Settembru 2005 (UTC)Wieġeb
Nota personali: Dan it-tkissir ta' kliem Ingliż biex jiġi wżat fil-Malti ma nistax għalih!. Din bħal meta rajt imejl minflok e-mail jew guwgill minflok google. Ma taħshbux li ridikola? U meta ħa nindunaw li l-Malti u l-Ingliż ma jistgħux jitħalltu u niddeċiedu li nissellfu mit-Taljan, kif u sewwa u xieraq? Xejn personali Ferdinand, taħseb li qed ngħid għalik. Din hija biss opinjoni tiegħi li naħseb li tagħmel sens.



Bl-ebda mod ma jien se niċħadlek id-dritt għall-opinjoni tiegħek. Bħalek jien għamilt żmien twil b'xaqliba jew simpatija lejn it-Taljan, li għadha hemm fil-fond, x'imkien, li però tgħallimt nikkontrollaha. Skond is-simpatiji, l-argument tiegħek hu validu, imma skond il-lingwistika (antika u moderna) fa acqua da tutte le parti (bir-rispett kollu, ovvjament). Dak li inti ssejjaħlu tkissir m'huwa xejn għajr tagħġin jew insiġ morfoloġiku. Bħalek, u bħal ħafna nies oħrajn, meta kont nara bejbi, ħendawt, ej-wann, ffowkisja, websajt, barbikju eċċ. kont niddarras u ġieli naqbad nidħak. Imma dan hu prinċipju li: 1) jimxi mar-regoli tal-kitba bil-Malti!! 2) ilna nużawh għomor (biex ma ngħidx minn żmien żemżem). Ejja nieħdu pajjiżi, kelma mnissla mit-Taljan, bħala eżempju: taħseb inti li l-ewwel Maltin li kienu jafu l-kontroparti paesi ma nġibdux lura meta rawha miktuba hekk? Dan jgħodd għal eluf ta' kliem ieħor.

Rigward kliem tekniku ħa nisselfu mit-Taljan u mhux mill-Ingliż (għax hekk titlob ir-regola u għax is-sens komun jgħidli li l-Malti u l-Ingliż mhux relatati, kuntrarju għall-Malti u t-Taljan), tagħmel sew, fl-opinjoni tiegħi, li l-ewwel tipprova tmur għall-ekwivalenti fit-Taljan u meta ma ssibux, għaliex it-Taljan wara kollox mhux il-lingwa tant rikka li wħud minna jaħsbu, anzi mimli self (bħal kull ilsien ieħor f'kuntatt) li jitħalla skond il-lingwa oriġinali u li qiegħed joħloq abbiss ta' tgerfix - ir-relazzjoni rigoruża bejn il-fonolġija u l-grafija tat-Taljan sejra, jekk mhux diġà marret, il-baħar; għadni niftakar lekċerer Taljana ssemmi student tagħha li l-kelma Taljan 'abside' beda jaqraha 'ebsajd' daqs li kieku kienet Ingliża 100%. Dwar hekk titlob ir-regola u għax is-sens komun jgħidli li l-Malti u l-Ingliż mhux relatati, kuntrarju għall-Malti u t-Taljan) ma nafx liema regola hi din. Is-sens komun tiegħek sabiex ma jkunx tiegħek biss imma jkun tassew komun (għaliex ta' komunità sħiħa) għandu bżonn jissaqqa minn ftit qari dwar il-lingwistika. Jekk għalik il-Malti u l-Ingliż mhumiex relatati mela xi ngħidu għan-nom ċippa (mnissel minn chip) li tant sar Malti li żżejjen bil-plural miksur ċipep; jew għal briks (minn brick) li ħa r-regoli tal-kollettiv tal-Malti (li la fl-Ingliż u lanqas fit-Taljan ma jeżistu) u ħoloq briksa, briksiet; jew għall-verb iddawnlowdja (minn to download) - u l-verbi l-oħrajn kollha bħalu - li jieħu l-persuni kollha fii-Perfett u l-Imperfett daqs kull verb ieħor Semitiku (biex ma nsemmix il-partiċipju passiv iddawnlowdjat, in-nom verbali dawnlowdjar)? Jekk nimxu bil-kejl tiegħek, lanqas il-verb fajjar, li, ma nafx tafx, huwa mnissel minn to fire, ma nistgħu nużaw.

Dwar il-kwistjoni jekk area taqrahiex 'erja' jew 'area' - l-kelma personalment ma naqrahiex bħala Erja iżda Area (minn it. Area) - tirrisolvi ruħha malajr. Inti ma tridx tara sa mnieħrek imma x'tgħid il-kotra l-kbira! X'tgħid il-kotra nsiru nafuh permezz ta' esperimenti lingwistiċi imma wkoll b'eżerċizzju eħfef, billi niftħu 'l Aquilina u nsibu l-entrata erja f'p 283 (fil-ktieb mill-A-L). Fil-lingwistika nitgħallmu li n-nies kemmildarba jaħsbu li kelma ma jużawhiex imma fil-prattika taqbadhom jużawha. Forsi erja f'sens ta' żona tlissinha area bħat-Taljan, imma meta kont l-iskola u l-għalliem kien jitlobkom tikkalkulaw il-perimetru u l-erja, xi ssejħilha?

Parir żgħir: mhux la kemm issib it-terminu bit-Taljan (li tħossok aktar komdu tuża) imma trid tuża dak li n-nies jifhmu u iktar u iktar dak li huma jużaw ta' kuljum.

Id-diskors ma jieqaf qatt kieku kelli nibda. Tinsiex tieqaf taħseb fuq il-fenomenu l-ieħor li qiegħed jolqot lill-Malti: mela għandna date fl-Ingliz li tissarraf f'data (għal kemm għandna mix-xahar) u dejt (għal appuntament bejn namrati jew għarajjes), to trace tagħti ttraċċa (sab it-traċċi ta') u ttrejsja (ħażżeż b'lapes biex jikkopja stampa, kitba, eċċ. fuq karta oħra), paper tagħti karta u pejper (studju ta' ngħidu aħna professur; relazione fit-Taljan).

Tinsiex li la qiegħed tuża l-Malti għax-xandir, ħaddmu b'għaqal billi tagħraf meta ma tmurx għall-Ingliż mill-ewwel u meta m'hemmx triq oħra jekk trid tiftehem għalkollox. Nittama li kont ċar. --Ferdinand 08:20, 18 Settembru 2005 (UTC)Wieġeb

Diskussjoni mmexxija fil-Pjazza

Użu tat-template

immodifika

Din it-template se tintuża għall-irħula u l-ibliet Maltin, jew inkella hi waħda ġenerali? Chrisportelli 07:06, 9 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb

Din propjament ħloqtha għal-lokalitajiet Maltin, però ma nara l-ebda ħażen jekk nużawha wkoll għall-pajjiżi u lokalitajiet barranin, imqar bħala bażi. Ħafna mix-xogħol diġà lest, u t-tieni nett, naħseb li ma nkunux qed nagħmlu ħażin jekk inżommu ċertu konsistenza fl-użu tal-mudelli. Jiġifieri, jekk taqblu intom ukoll, nistgħu nużaw dan il-mudell bħala bażi, kemm bħala kulur u kollox, u ovvjament inżidu s-sezzjonijiet skond il-ħtieġa. --Roderick Mallia 10:01, 9 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb
Jien naqbel li nużaw lilha. Ma narax il-bżonn li noqgħodu nagħmlu diversi templates għalxejn, jekk fl-aħħar mill-aħħar iservu għall-istess funzjon. M'hemmx bżonn lanqas li nżidu numru kbir ta' sezzjonijiet ġodda; inżidu biss dawk neċessarji ;) Chrisportelli 10:10, 9 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb
Eżatt! Naqbel perfettament Chris! :) --Roderick Mallia 12:02, 9 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb
Naqbel mal-kunċett li nżommu konsistenza fix-xogħol tagħna però it-template ma tantx togħġobni biex inkun onest u nemmen li hemm xi affarijiet xi rridu naqa editjar, speċjalment dak il-kulur ċilesti li tant jolqot l-għajnejn. Barra minn hekk l-isem tal-abitanti għandha tkun fit-tieni filiera bejn Isem uffiċjali u l-istampa/mappa. --Gian 13:15, 9 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb
Fuq il-pożizzjoni ta' xi sezzjonijiet dawk jiġu deċiżi wara u m'hemmx problema lanqas. Jien għalija l-kulur vera jaqbel u fl-aħħar mill-aħħar, anke jekk forsi xi drabi nispiċċaw nikkupjaw xi template fuq xi Wikipedija oħra u nużaw għalina, naħseb li għandna nżommu lok tal-kreattività tagħna. Mhux qed ngħid li dan hu ħażin, anzi, xi kultant ikollna bżonnhom, u lanqas m'jien qed ngħid li mhemmx bżonn li nikkupjaw, għax jien stess għamilt it-tag class="infobox geography vcard". Imma nħallu wkoll l-kreattività tagħna; prosit rod tat-template għax vera template li minkejja li sempliċi togħġboni ħafna. Nerġa' naqbad fuq il-kulur, naħseb il-kulur ċelesti qed jidħol f'ħafna templates u naħseb li hemm bżonn li nbiddlu wkoll l-kulur... suġġeriment hu li nagħqdu s-sezzjoni lonġitudni u latitudni. Chrisportelli 14:05, 9 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb
Grazzi Chris. Gian naħseb li mhijiex xi probelma ta' barra minn hawn. Dawk affarijiet li jistgħu jiġu deċiżi fi żmien ftit minuti. Barra minn hekk, jien ma nsib l-ebda problema li nibdlu l-kulur jew nimmodifikaw dak il-mudell skond il-ħtiġijiet u l-gosti tagħna, jiġifieri, jekk hemm xi ħadd li jixtieq jimmodifikah, jista' jagħmel dan bil-libertà kollha. Jekk imbagħad dak li jkun iħalli spjega żgħira talli twettqu dawk il-modifiki, tant l-aħjar għax jaf ikun hemm min ma jaqbilx mal-idea u/jew ikollu idea aħjar. Il-ħidma t-tajba! --Roderick Mallia 17:31, 9 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb


X'taħsbu li kieku fuq fejn hemm l-isem tal-lokalità (fuq nett), fuq in-naħa xellugija nagħmlu l-bandiera ta' l-istat/pajjiż. Jekk nagħmlu hekk, imbagħad ikun hemm bżonn li nagħmlu sezzjoni oħra għall-istat/pajjiż? ...Pruvajt indaħħal t-tag {{#if: }} imma t-template tħawdet daqxejn; jista' xi ħadd jipprova jdaħħalhom? Chrisportelli 07:00, 10 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb
Return to "Lokalità" page.