Diskussjoni:Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs

Latest comment: 15-il sena ilu by Roderick Mallia

X'għandna ngħidu hawn, għall- jew tal-? Jidhirli li tal-aħħar hija iktar komuni? Avolja mbagħad it-Taljani jidhur li jużaw għall- u mhux tal-... però hemm ħafna oħrajn jużaw tal-aħħar. --Roderick Mallia 14:10, 20 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb

Jien għalija xorta għax it-tnejn kważi nħosshom l-istess. Issa qed niċċekja l-wikilinks u qed nara li l-aktar prepożizzjoni li qed jintużaw huma de, des, li jikkorrispondu għal ta' bil-lingwa Maltija. Ma nafx x'nistgħu nagħmlu għax għalija ma tagħmel l-ebda differenza ta' pronunzja jew ta' tifsira rigward it-tibdil minn titlu għal ieħor. Chrisportelli 14:38, 20 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb
Għandek idea liema hija l-iktar waħda li tintuża fl-aħbarijiet sportivi fuq it-TV? Naħseb għandna nużaw dik u nirrindirizzaw l-oħra. --Roderick Mallia 14:42, 20 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb
Biex ngħidlek il-verità qatt ma smajt it-titlu kollu tal-paġna fuq it-televiżjoni Maltija. Forsi jgħiduha, imma ma nafx. Imma sibt link fuq il-gazzetta tal-orizzont li tuża' Tazza tad-Dinja tal-Klabbs [1]. Naħseb idea tajba li nużaw ta'. Chrisportelli 14:56, 20 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb
Iva, fuq il-gazzetta kważi dejjem tal- nara. Però jekk taħseb li din il-verżjoni hija valida wkoll, irrindirizzaha lejn l-oħra, li tidher li hija l-verżjoni l-iktar komuni. Grazzi! --Roderick Mallia 15:16, 20 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb
Nużaw tal-Klabbs u bħala rindirizz għaliha nużaw għall-Klabbs. Chrisportelli 15:27, 20 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb
Naqbel perfettament --Roderick Mallia 15:39, 20 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb
Return to "Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs" page.