Diskussjoni:Sport
Ismijiet ta' xi sport
immodifikaHemm xi ismijiet ta' xi sport u nixtieq inkun naf l-ekwivalenti tagħhom (jekk hemm) bil-Malti. Dawn huma xi ftit li sibt minn fuq id-dizzjunarju:
- w:canoeing - kenura/kanott (dawn huma kliem bil-Malti għal canoe għax ma stajtx insib għall-isport)
- w:amateur wrestling - sarar
- w:boxing - box/boxing (naħseb li m'hemmx kelma għaliha bil-Malti)
- w:fencing - fencing (lanqas din naħseb li m'għandha kelma bil-Malti)
Xi ħadd jista' jagħti idea? Chrisportelli 04:24, 22 Awwissu 2008 (UTC)
boksing kemm -il darba rajta miktuba. fencing ma nafx. Kenura tintuża --Gian 07:01, 22 Awwissu 2008 (UTC)
Boksing rajtha miktuba jiena wkoll, u minnha għandna bokser u noħorġu l-verb ibboksja. Jien ma togħġobni xejn però. Għal wrestling tintuża "lotta" u ilha tintuża minn dejjem f'dan il-kuntest, anke fil-medja. Rigward fencing hemm min jgħid fensing imma jiena smajt u qrajt skerma ukoll, għalkemm forsi mhux b'mod daqshekk komuni. Però nippreferiha. U għall-armi li jintużaw nistgħu faċilment nsemmuhom il-fjurett (li hija kelma Maltija diġà), l-ispada (spades huma spadi bil-Malti) u x-xabla. Traduzzjoni għaqlija mit-Taljan u tagħmel iktar sens min fojl, epì u sejber (sic). Interessanti li l-artiklu w:canoeing insibuh bħala kenura/kajak (traduzzjoni tiegħi) fit-Taljan u l-Franċiż u mhux bħala sport. it:Canottaggio insibuh bħala Rowing - Qdif. Jekk kanott hija kelma aċċettata minnha nistgħu noħorġu faċilment kanottaġġ għall-isport. Jekk trid tuża l-kelma kenura tista' faċilment tgħid Qdif bil-Kenura fuq l-istess mudell ta' Sparar bil-Qaws (Tiro con l'arco; Tir a l'arc; Archery) u nkunu solvejniha wkoll. --Roderick Mallia 09:36, 22 Awwissu 2008 (UTC)
- Grazzi ta' kollox. Allura għal fencing liema nagħżlu: fensing jew skerma (bħat-Taljan)? Chrisportelli 09:56, 22 Awwissu 2008 (UTC)
- Jien tal-parir li nużaw skerma. Sibtha wkoll f'dokumenti tal-UE :) --Roderick Mallia 13:29, 22 Awwissu 2008 (UTC)
X'inhu l-ekwivalenti bil-Malti għal w:discus throw. Jien temporanjament għamiltha tfigħ tad-disku, però ma ngħidx li hekk. U barra minn hekk x'insejħulu w:discobolus bil-Malti? Diskobolu? Grazzi tal-għajnuna. Chrisportelli 13:56, 22 Awwissu 2008 (UTC)
discus throw = 'twaddib taċ-ċpajpella'
Discobolus ħallija kif inhi.
--Gian 18:54, 22 Awwissu 2008 (UTC)
Jiena kieku ngħid tfigħ tad-disku (diskus?) u diskobolus. --Roderick Mallia 01:25, 23 Awwissu 2008 (UTC)
- X'ngħidulu aħna l-isport w:sailing? Dgħajsa tal-qlugħ hu l-mezz użat biex isir dan l-isport, però ma nafx kif jgħidulu. Chrisportelli 07:55, 24 Awwissu 2008 (UTC)
Ibburdjar --Roderick Mallia 09:01, 24 Awwissu 2008 (UTC)
Allat Griegi
immodifikaTafu bil-Malti kif jissejjaħ w:Heracles u w:Zeus? Hemmx xi traduzzjoni għalihom bil-Malti? Fuq Heracles u anki Zeus ma sibtx xi isem bil-Malti għax anki fuq dawn il-ħoloq sibthom bl-Ingliż: Heracles u Zeus
- Iva, nużaw Erakle u Żews. --Roderick Mallia 17:38, 22 Awwissu 2008 (UTC)