Diskussjoni:Pëtr Il'ič Čajkovskij

Latest comment: 16-il sena ilu by Leli Forte in topic Isem

Isem

immodifika

L-aċċenti tal-isem Pëtr Il'ič Čajkovskij ma jeżistux fil-Malti. Jekk xejn, dan għandu jiġi Petr Iliċ Ċajkovski. --Roderick Mallia 09:20, 27 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb

Dan l-isem hu meħud minn dak Taljan. Naħseb jien aħjar nieħdu dak bl-Ingliż, Pyotr Il'yich Tchaikovsky, jew? Chrisportelli 09:38, 27 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb

Kif spegajt fin-noti ta' dan l-artiklu, billi hemm ħafna verżjonijiet tat-transliterazzjoni mir-Russu ta' dan l-isem: Tchaikovsky, Ciajkovskij, Tchaïkovski, Chaikovski, Tschaikowski jew Tsjaikovski, qegħdin nużaw it-transliterazzjoni xjentifika (International Scholarly System). F'din il-paġna nużaw din it-transliterazzjoni għall-ismijiet Russi kollha (Fil-fatti għamilt hekk fl-artikli kollha li ktibt jien). Il-vantaġġ hu li biex tagħmel trasliterazzjoni bil-ħoss (żgur din għandha isem) għall-ittri Maltin trid tkun taf il-pronunzja Russa eżatta, waqt li l-ISS m'għandhiex bżonn dan għax hemm ittra għal kull ittra Russa.

Ara wkoll Pjazza (arkivju) għal diskussjoni fuq ismijiet Russi.

"Leli Forte 15:14, 27 Awwissu 2008 (UTC)"Wieġeb

Le, le! Minn daqshekk nifhmu l-punt tiegħek imma kont qed naħseb kif ix-xjafek persuna li tkun trid tfittex dan il-kompożitur ħa jirnexxielha ssibu b'dawk il-karattri. Naħseb hemm bżonn ċar ta' riindirizzament hawn minn Petr Iliċ Ċajkovski għal hawn. X'taħseb? --Roderick Mallia 22:15, 27 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb

Forsi hemm bżonn riindirizzament għall-verżjoni l-iżjed użata bl-Ingliż. Però jekk tfittex wieħed mill-verżjonijiet: Tchaikovsky, Ciajkovskij, Tchaïkovski, Chaikovski, Tschaikowski, Tsjaikovski, issibu wkoll għax qegħdin fit-test. Appuntu din hi r-raġuni li semmejthom kollha.

"Leli Forte 06:11, 28 Awwissu 2008 (UTC)"Wieġeb

Return to "Pëtr Il'ič Čajkovskij" page.