Diskussjoni:Lista ta' lingwi uffiċjali

Latest comment: 3 snin ilu by ToniSant in topic Il-lingwi kollha jew tal-Ġnus Magħquda biss?

Naħseb li tkun ideja tajba jekk din l-informazzjoni tiġi mqassma f'table. B'hekk ikun eħfef u aħjar biex tinqara.—Dan il-kumment preċedenti li ma ġiex iffirmat, ġie miżjud minn Jmasini (diskussjonikontribuzzjonijiet)

Qabel xejn merħba fil-Wikipedija. Nissuġġerilek biex meta tagħmel intervent iżżid wara l-posta tiegħek il-firma tiegħek biex il-kumment tiegħek jiġi idnetifikat. Dan tista' tagħmlu billi iżżid erba' mewġiet ~~~~ jew tagħfas awtomatikament il-buttuna biex awtomatikament iżżid il-firma tiegħek. Fuq il-kumment li ħallejt, din il-paġna hi pjuttost mudellata fuq l-artiklu rispettiv Ingliż "List of official languages", però jekk trid tagħmel xi tibdil tista' tagħmlu. Awguri ;) —Chrisportelli (d) 20:24, 5 Settembru 2009 (UTC)Wieġeb

Il-lingwi kollha jew tal-Ġnus Magħquda biss?

immodifika

Kif inhi din il-paġna mhux kif għandha tkun. L-introduzzjoni ma jaqbilx mal-kumplament ta' dak li hemm fil-paġna. Bħalissa jidher li hija biss lista tal-lingwi internazzjonali użati fil-Ġnus Magħquda biss flok il-lingwi uffiċjali li jeżistu fid-dinja, kif hemm per eżempju fil-verżjoni tal-istess paġna bl-Ingliż. Qed naħseb li dan li hawn bħalissa hija eqreb ta' dak li jidher f'dan l-artiklu bl-Ingliż, anke jekk differenti xorta. Napprezza xi kumment/i qabel nieħu azzjoni. Grazzi. --ToniSant (d) 18:27, 17 Jannar 2021 (UTC)Wieġeb

Return to "Lista ta' lingwi uffiċjali" page.