Diskussjoni:Ġudaiżmu
Naħseb din il-paġna għandha tkun ĠudaJiżmu, mhux Ġudaiżmu, għall-fatt li ż-żewġ vokali ħdejn xulxin huma sillabi differenti (a-i), u b'regola ġenerali fil-Malti, żewġ vokali minn sillabi differenti jinfirdu b' w jew j. (Hemm xi eċċezzjonijiet waħdanin, bħal poeżija. Ma jidhirlix li Ġudaiżmu tgawdi l-istess previleġġ.)
X'taħsbu? Rainwaterfall 23:49, 11 Novembru 2008 (UTC) Adrian Camilleri
- Skont id-dizzjunarju li għandi f'idejja, għandi mniżżel bħala Ġudaiżmu. Ma nafx eżatt jek hux korrett jew le, però nixtieqek tagħtini xi eżempji dwar din ir-regola li int sħaqt fuqha għax bħalissa l-unika regola li qed tiġini f'moħħi u li hi relatata ma' dak li qegħdt, hi dik li tittratta żewġ vokali fl-aħħar u fl-ewwel pożizzjoni ta' żewġ kelmiet rispettivament (eż. ħafna jmorru)... Chrisportelli (d) 05:48, 12 Novembru 2008 (UTC)
Jien mhiniex espert tal-Malti, però naf li hemm regola li tgħid li qatt ma jista jkollok żewġ vokali ħdejn xulxin (ħlief "ie"). Dan l-aħħar l-użanza qiegħda tinbidel u regola mhux qiegħda tiġi applikata strettament, per eżempju: idea, ideat, teorija, teorema, anki Ewropea minflok Ewropeja. "Leli Forte 13:07, 12 Novembru 2008 (UTC)"
- Skont Id-Dizzjunarju Malti, ta' Mario Serracino-Inglott (Merlin, 2003), il-kelma hi ġudajiżmu [mingħajr ittra kbira, u bil-j] (p.182);
- Skont Grammatika Maltija, ta' Brother Henry F.S.C. (De La Salle Brothers Publications, 1980), "bejn vokali ta' sillaba u vokali ta' sillaba oħra jrid ikun hemm konsonanti. Eż prua=pru-wa; zia=zi-ja. Il-konsonanti li ndaħħlu aħtarx tkun (j) jew (w). Eċċezzjoni: poeta, poeżija, poema...." (p.3, Il-Vokali, is-sitt regola)
-- Rainwaterfall 15:29, 13 Novembru 2008 (UTC) Adrian Camilleri
- Tfittxija fuq muturi ta' riċerka bħal Google u Yahoo! jagħtu riżultati varji u kemmxejn vagi biex wieħed ikun jista' jipponta subajh lejn verżjoni partikulari. Tista' Ġudaiżmu tkun waħda mill-eċċezzjonijiet bħall-kelmiet li semmejt fl-eżempju tal-ktieb Grammatika Maltija... naħseb jien id-dilemma dwar kif tinkiteb Ġudaiżmu u diversi kliem oħra li għandhom ittri vokali ħdejn xulxin, hi relatata ma' kelmiet bħal Bijoloġija (Bioloġija), Ġeografija (Ġejografija), etċ... Chrisportelli (d) 16:43, 13 Novembru 2008 (UTC)
Chris, forsi nistgħu nibbażaw fuq riżultati minn siti ta' ċertu statura, bħal tal-Universita ta' Malta, fejn jekk qed nara sew, l-uniku riżultat hu Ġudajiżmu. Rainwaterfall 17:37, 13 Novembru 2008 (UTC) Adrian Camilleri
- Naqbel miegħek ;) Chrisportelli (d) 18:22, 13 Novembru 2008 (UTC)
Reliġjon Lhudija
immodifikaQed ninnota li hemm artiklu iktar dettaljat bil-Malti biss li naħseb għandu jissejjaħ Ġudaiżmu flok Reliġjon Lhudija (jew forsi rindirizz) u dan l-artiklu jitħassar. X'taħseb ToniSant?--Trigcly (d) 12:37, 1 Awwissu 2021 (UTC)