Ding Ling
Ding Ling(Ċiniż: 丁玲 pinyin: Dīng Líng (twieldet fit-12 ta’ Ottubru 1904 u mietet fl-4 ta’ Marzu 1986). Jiang Bingzhi (Ċiniż simplifikat: 蒋冰之; Ċiniż tradizzjonali 蔣冰之; Pinyin: Jiǎng Bīngzhī) kien il-psewdonomu tagħha. Ling kienet magħrufa wkoll bħala Bin Zhi《彬芷》 (Pinyin: Bīn Zhǐ), u meqjusa bħala waħda mill-aktar kittieba nisa popolari tas-seklu għoxrin, b’kontribuzzjonijiet għal-letteratura feminista u soċjorealistika. [1]
Ding Ling | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Twelid | Linli County (en) , 12 Ottubru 1904 | ||
Nazzjonalità |
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Repubblika taċ-Ċina | ||
Mewt | Beijing, 4 Marzu 1986 | ||
Post tad-dfin | Babaoshan Revolutionary Cemetery (en) | ||
Familja | |||
Omm | Yu Manzhen | ||
Konjuga/i | Hu Yepin (en) | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | International Writing Program (en) | ||
Lingwi | Ċiniż | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
kittieb politiku | ||
Xogħlijiet importanti | Miss Sophia's Diary (en) | ||
Premjijiet |
List
| ||
Sħubija | League of Left-Wing Writers (en) | ||
Moviment artistiku | rumanz |
Ling kienet attiva fi ċrieki letterarji xellugin li kienu affiljati mal-Partit Komunista Ċiniż. Hija ntbagħtet il-ħabs mill-Partit Nazzjonalista għall-ideat politiċi tagħha. Iktar tard saret il-kap tal-komunità letterarja Komunista bbażata f’Yan’an. Fiż-żmien bikri tal-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, hija kienet tokkupa pożizzjonijiet għolja fl-oqsma tal-kultura u l-letteratura. Fl-1951, ġiet mogħtija t-tieni premju Stalin tal-Unjoni Sovjetika għax-xogħol letterarju soċjorealistiku tagħha The Sun Shines Over Sanggan River. Wara l-kampanja kontra l-fazzjoni politika leminija Ċiniża tal-1958, Ling ġiet iddenunzjata, ikkundannata, u eżiljata fil-Manchuria. Hija ntbagħtet lura ċ-Ċina fl-1979 sakemm mietet f’Beijing fl-1986.
Litteratura u Politika
immodifikaF’Diċembru tal-1927, f’Beijing, Ling kitbet u ppubblikat l-ewwel rumanz tagħha《梦珂》(Pinyin: mèng kē; Ingliż: Meng Ke). Dan ir-rumanz ġie ppubblikat fir-rivista Fiction Monthly u jiddeskrivi l-ġlieda ta’ tfajla mwielda f’Shanghai f’familja burokratika li bdiet titlef il-poter soċjali tagħha. Din it-tema, li tikkonċerna l-kwistjonijiet tan-nisa, ġiet apprezzata mill-kap editur Ye Shengtao.
Fi Frar tal-1928, Ling ippubblikat Miss Sophia’s Diary fir-rivista Fiction Monthly. F’din il-pubblikazzjoni, il-protagonista tiddeskrivi d-dwejjaq u l-konfuzjoni romantika u sesswali tagħha, emozzjonijiet li qajmu furur fid-dinja letterarja. Miss Sophia’s Diary, jenfasizza l-assoċjazzjoni u t-twemmin ta’ Ling fil-moviment New Woman fis-snin għoxrin. F’dak iż-żmien, Ling u Yepin kienu ta’ spiss jivjaġġaw min Beijing għal Shanghai. Bejn Marzu u Lulju tal-istess sena, Ling u Yepin għexu f’Hangzhou sakemm reġgħu rritornaw lura f’Shanghai.
F’dan iż-żmien, Ling iltaqgħet ma’ Feng Xuefeng, kittieb, u li b’differenza minn Yepin, kien attivista u membru tal-Partit Komunista. Ling u Xuefeng saru jinħabbu, iżda wara taħdita twila li saret fl-aħħar ta’ Frar f’Hangzhou bejn Ling, Xuefeng u Yepin, Xuefeng ma baqax fl-istorja u Ling u Yepin iżżewġu u bdew jgħixu flimkien f’Shanghai. Ling qalet “Jien għext ma’ Yepin għal sentejn u nofs sħaħ, u qatt ma kont naħseb li ser naċċetta li niżżewġu.’’ Madankollu, lanqas ma rrifjutajt l-emozzjonijiet tiegħu lejja. Huwa tani diversi affarijiet li ma rrifjutajtx. Għalkemm bejnietna kellna ftehim, dan stajna nħassruh meta rridu. Jiena u Yepin ma konniex koppja miżżewġa avolja ħafna kienu jaħsbu hekk. Meta tkellimt dwar l-emozzjonijiet li kont qed inħoss bdejt nibża’ li stajt nitilfu.”[2]
Fis-sajf tal-1928, Ling u Yepin telqu minn Beijing għal Shanghai, u għexu fil-konċessjoni Franċiża ta’ Shanghai. Hemmhekk huma waqqfu dar ta’ pubblikazzjoni biex flimkien ma’ Shen Congwen ikunu jistgħu jippubblikaw ir-rivista Red and Black. Fil-bidu tal-1929, Ling bdiet teditja u tippubblika r-rivista《人间月刊》(Pinyin: rénjiān yuèkān; Ingliż: Human World Monthly), iżda dawn iż-żewġ rivisti ma baqgħux jiġu ppubblikati. Ling u Yepin kienu finanzjarjament batuti tant li kienu jgħixu bil-flus li kienet tibgħatilhom omm Ling. Fix-xitwa tal-1929 Ling kitbet ir-rumanz《韋護》(Pinyin: wéihù; Ingliż: Protection). Dan ir-rumanz kien ibbażat fuq l-istorja ta’ mħabba bejn il-ħabiba ta’ Ling, Wang Jianhong u l-membru tal-Partit Komunista, Qu Qiubai.[3]
Fi Frar tal-1930, Yepin mar Jinan biex jgħallem f’Shandong Provincial Senior High School. Ftit wara ngħaqdet miegħu Ling. F’Jinan, Yepin aċċetta li jibda jippromwovi l-ideoloġiji ta’ Marx u Lenin. Dan kollu ġibed l-attenzjoni tal-Kuomintang. F’Mejju ta’ dik is-sena, wara li Ling saret taf li Yepin qiegħed f’riskju li jiġi arrestat, it-tnejn li huma ħarbu lura lejn Shanghai u ngħaqdu mal-Lega tal-Kittieba Xellugin li kienet affiljata mal-Partit Komunista. F’Novembru tal-1930, Ling u Yepin kellhom tifel li semmewh Jiang Zulin, u li tawh il-kunjom oriġinali ta’ ommu minflok il-kunjom ta’ missieru. Fis-17 ta’ Jannar tal-1931, Yepin ġie arrestat mill-Gvern Kuomintang għar-rabtiet tiegħu mal-Komunisti. Fis-7 ta’ Frar, huwa nqatel bi sparatura ħdejn it-tempji ta’ Longhua f’Shanghai. Ling, imnikkta b’din l-aħbar, bagħtet lil binha, li kellu inqas minn mitt ġurnata, lura f’Hunan biex tkun tista’ trabbieh ommha. Biex tfakkar il-mewt ta’ Yepin, f’Mejju, Ling ippubblikat The Birth of a Man, kollezzjoni li kitbet ma’ Yepin stess. Wara, Ling ipparteċipat fit-twaqqif tal-pubblikazzjoni《北斗》(Pinyin: Běidǒu; Ingliż: Big Dipper) tal-Lega tal-Kittieba Xellugin u f’Novembru marret tgħix mat-traduttur Feng Da. F’Marzu tal-1932, hija ngħaqdet mal-Partit Komunista Ċiniż, u saret is-segretarja tal-Lega tal-Kittieba Xellugin[4], wara Qing Xingcun.
Referenzi
immodifika- ^ "Ding Ling | Chinese author | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
- ^ 丁玲, 19 ta' Diċembru. Konverżazzjoni rrekordjata fil-ktieb tagħha "The Biography of Ding Ling"
- ^ Ding, Ling (1982). ""I am the Daughter of the People",". "The Complete Works of Ding Ling" (biċ-Ċiniż). 8.
- ^ Alber, Charles J. (2004). Embracing the lie : Ding Ling and the politics of literature in the People's Republic of China. Westport, Conn.: Praeger.