Charles de Foucauld

Charles de Foucauld (Strasburgu, 15 ta' Settembru 1858 – Tamanrasset, 1 Diċembru 1916), qaddis tal-Knisja Kattolika, kien saċerdot Franċiż li għex qalb it-Twareg fis-Saħara fl-Alġerija. Il-kitbiet tiegħu ispiraw it-twaqqif tal-Aħwa ż-Żgħar ta Ġesù fost kongregazzjonijiet reliġjużi oħra.

Charles de Foucauld
Ħajja
Isem propju Charles Eugène de Foucauld de Pontbriand
Twelid Strasburgu, 15 Settembru 1858
Nazzjonalità Franza
Mewt Tamanrasset, 1 Diċembru 1916
Post tad-dfin El Menia
Tamanrasset
Kawża tal-mewt omiċidju (ferita b'tir ta' arma tan-nar)
Familja
Missier Édouard de Foucauld de Pontbriand
Omm Élisabeth Beaudet de Morlet
Tribù familja Foucauld
Edukazzjoni
Alma mater École Spéciale Militaire de Saint-Cyr (en) Translate
lycée Henri-Poincaré (en) Translate
Lingwi Franċiż
Tamahaq
Tuareg
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot Kattoliku
esploratur
uffiċjal militari
filologu
missjunarju
ġeografu
lingwista
traduttur
kartografu
suldat
eremita
saċerdot
Xogħlijiet importanti Dictionnaire touareg – français (en) Translate
Premjijiet
Festa
1 ta' Diċembru

Charles twieled fil-15 ta’ Settembru 1858, fi Strasburgu (Franza), minn Elisabeth u Édouard. Ta’ 6 snin, hu u oħtu Marie, kienu diġà tilfu ’l ommhom u ’l missierhom, u rabbieh nannuh. Aktar ma t-tifel beda jikber, aktar beda jistaqsi kif Alla daħal f’ħajtu b’mod daqshekk krudil. Kien jistaqsi u jwaħħal f’Alla.

Ta’ 10 snin Charles mar jgħaddi l-vaganzi maz-zija Ines u hemm jiltaqa’ għall-ewwel darba mal-kuġina tiegħu Marie, ta’ 18-il sena. Kuġintu Marie kienet l-aktar persuna li fil-mument qiegħda tifhmu, u minnha ra ħafna eżempji tajba. Magħha kien imur għall-quddiesa kull filgħodu, mingħandha kiseb devozzjoni qawwija lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, li aktar tard ikollha influenza deċiżiva f’ħajtu.

Żgħożija

immodifika

Ta’ 15-il sena Charles irċieva l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma, imma moħħu kien band’oħra. Kien ittieħed mill-entużjażmu patrijottiku li kien ħakem lil pajjiżu f’dik il-ħabta fil-ġlieda tagħhom kontra l-Ġermaniżi li ħakmuhom għal xi żmien.

Bejn l-1874 u l-1876 Charles kien jattendi skola immexxija mill-Ġiżwiti bħala boarder. Id-dixxiplina stretta xejn ma ħadmet favur iż-żagħżugħ, u beda jirribella kontra l-osservanza reliġjuża. Għalkemm tajjeb fl-iskola, xorta kien imdejjaq għall-mewt, sakemm il-patrijiet ma felħux aktar u bagħtuh lejn id-dar. Sfortunatament ftit kien hemm min qed jifhmu. Aktar tard f’waħda mill-ittri tiegħu kiteb:

 Kont hekk ħieles, hekk żagħżugħ. Ma kienx għad baqa’ traċċa ta’ fidi fija. 

Ta’ 18-il sena daħal fi skola militari. Ftit wara, meta Charles kien għadu m'għalaqx l-20, miet nannuh. Charles wiret somma kbira ta’ flus, u issa, il-Logutenet Foucauld taha għall-ħela u għall-pjaċiri kollha li wieħed jista’ jimmaġina - ikel fin, xampanja, tfajliet. Il-kurunell arrestah għal darba, tnejn , sakemm fl-aħħar kellu jissospendieh mill-pożizzjoni militari.

Esploratur

immodifika

Waqt tbeżbiża miz-zijiet tiegħu biex jibża’ għal ġidu, Charles stqarr magħhom li xtaq iħalli l-armata biex jesplora l-Marokk. L-Afrika kienet taffaxxinah. Irriżenja mill-armata u ħalla ġidu f’idejn kuġinuh biex jamministrahom hu.

Fil-Marokk qatta’ 11-il xahar ta’ mixi u vvjaġġar, eluf ta’ osservazzjonijiet, u mapep tal-post. Wara żar ukoll l-Alġerija u t-Tuneżija sakemm ta’ 28 sena reġa’ lura lejn Franza, għajjien u ddiżappuntat bħal qabel, qisu xejn ma jista’ jissodisfalu l-qalb vojta tiegħu.

Il-Konverżjoni

immodifika

Charles kien għadu jfittex lil Alla. Darba fil-għaxija fi knisja talab: “O Alla tiegħi, jekk inti teżisti, agħmel li jien nagħrfek.” Hawn jidħol fil-ħajja ta’ Charles figura oħra importanti: Fr. Henry Huvelin, bniedem ta’ umiltà u qdusija kbira. Charles għażlu bħala d-direttur tiegħu. Kien Ottubru tal-1886 meta ddeċieda li jmur ikellmu. Mar il-knisja minn kmieni u sab lil Fr. Huvelin fil-konfessjonarju. Charles qerr fit-tul. Kien ilu 13-il sena mbiegħed mill-fidi.

Charles qasam kollox lil tal-familja. Ma riedx aktar rabta mal-ħwejjeġ ta’ din l-art -

 Fil-mument li emmint li kien hemm Alla, fhimt li ma stajt nagħmel xejn aktar ħlief li ngħix għalih. 

Fil-Palestina

immodifika

Wara esperjenza mat-Trappisti, erħielha għall-Palestina fejn f’Nazzaret kellu jaħdem bħala sagristan f’kunvent ta’ sorijiet Franġiskani fuq il-Muntanja Tabor.

 Alla sabli dak li kont qiegħed infittex: faqar, solitudni, xogħol umli, imitazzjoni ta’ Kristu. Kemm jien kuntent. Qalbi issa għandha dak li ilha tfittex għal ħafna snin. Issa li baqa’ mmur il-ġenna. 

Darba missjunarju Sależjan staqsieh:

 Qed jingħadu ħwejjeġ fuqek. Nixtieq inkun naf jekk humiex veri.”

“Imma għaliex?”

“Jgħidu li int kellek pożizzjoni għolja fi Franza.”

“Jien kont biss suldat bħal ħafna oħrajn.”

“X’inhu s-sigriet tiegħek, Brother Charles?”

“Aktar kemm inqtajt minn kull ma kelli, aktar sibt ferħ. 

Saċerdot

immodifika

Fl-1900, wara li għamel tiegħu il-motto Jesus caritas, imtela b’determinazzjoni li jirċievi l-Ordni Sagri, dak li qabel tant kien ħarab biex jibqa’ moħbi. Ried jimita ’l Ġesù li ħalla l-ħajja kontemplattiva ġewwa Nażaret biex jidħol fid-dinja għall-missjoni ta’ qadi. Ġie ordnat saċerdot fid-9 ta’ Ġunju 1901.

Fl-Alġerija

immodifika

L-Afrika ma nsieha qatt:

 Posti hu fid-deżert, hemm nixtieq inkun saċerdot u eremita, għax naħseb li dan ikun għall-ikbar glorja ta’ Alla, anki jekk nibqa’ waħdi, aktar u aktar jekk hu jibgħatli xi aħwa. 

Hu għażel li jmur l-Alġerija. Wasal Beni Abbes f’Settembru 1901. Sa 3 xhur wara, bil-għajnuna tas-suldati Franċiżi kien diġà bena dar ta’ eremitaġġ u kappella mit-tajn. Hawnhekk sab fedeltà kbira lejn l-Islam, imma tal-inqas kien hemm l-armata. Kien jistedinhom għandu jieħdu xi ħaġa, jiġifieri xi daqxejn tè u xi ftit tamal.

Il-fqar kienu jiġu ħdejh, minn filgħodu sa filgħaxija, mal-200 kuljum, bejn fqar, morda, tfal, vjaġġaturi, ilsiera u suldati, u jibdew ġejjin mill-4.30am sa ma jidlam. F’kull min hu fil-bżonn, Brother Charles kien jara lil Ġesù Kristu.

Fl-1905 iċċaqlaq għal Tamanrasset, fl-Alġerija stess, post fqir u iżolat.

 Hawn irrid nagħmel ir-rieda ta’ Alla, “u b’eżempju għalija inżomm biss lil Ġesù ta’ Nazzaret. Mhux li kien jaqlagħli l-konverżjoni, li jagħmilni bħalma jixtieqni nkun — inħobbu, nobdih u nimitah. 

Qalb it-tribù Tuareg, kien isostni ruħu l-aktar bl-Iskrittura, bl-Imitazzjoni ta’ Kristu u b’xi kitbiet oħra ta’ San Tumas t’Akwinu, San Ġwann Kriżostmu u Santa Tereża ta’ Avila.

Flimkien ma’ sieħbu Musulman, Paul Embarek, għadda l-aħħar snin ta’ ħajtu f’Tamanrasset. Is-Senoussi Libjani, għaqda politiko-reliġjuża Iżlamika, bdew javvanzaw biex jaħkmu kemm jifilħu mid-deżert tas-Sahara. Dalwaqt kien se jiġri d-demm. Charles beda jibni dar, fortizza żgħira, minħabba l-attakki mill-ħallelin.

Kien l-1 ta’ Diċembru 1916. Taħbita fuq il-bieb tal-fortizza, u Charles ħasbu l-pustier. Imma għarralu. Kienu s-Senoussi. Kaxkruh ’il barra u rabtulu jdejh ma’ saqajh. Żewġ suldati kienu resqin ’l hemm u biex ma joħolqulhomx tfixkil sparawlhom kiesaħ u biered.

Mal-isparaturi, dak li kien għassa ma’ Charles, inħasad, tfixkel u spara hu wkoll. Hekk miet Charles de Foucauld, b’tir f’rasu. Mal-art tal-fortizza kien hemm il-ktieb tan-noti ta’ Charles. Fuqu nstabu l-kelmiet:

 O Alla tiegħi, aħfer lill-għedewwa tiegħi, u agħmel li huma jsalvaw. 

Anki t-testment tiegħu sabu:

 Irrid nindifen fejn immut...mingħajr tebut, f’qabar sempliċi, mingħajr irħama, u b’salib tal-injam. 

Charles de Foucauld kien iddikjarat beatu nhar it-13 ta' Novembru 2006 mill-Papa Benedettu XVI.

Fil-beatifikazzjoni tiegħu fl-2005, il-Papa Benedittu XVI qal bħala saċerdot, de Foucauld “poġġa l-Ewkaristija u l-Evanġelju fiċ-ċentru ta’ ħajtu.” “Skopri li Ġesù — li ​​ġie biex jingħaqad magħna fl-umanità tagħna — jistedinna għal dik il-fratellanza universali li aktar tard esperjenza fis-Saħara, u għal dik l-imħabba li Kristu tana ta’ eżempju,” qal.

Wara li ltaqa’ mal-Kardinal Angelo Becciu, prefett tal-kongregazzjoni għall-kawżi tal-qaddisin, il-Papa approva t-tieni miraklu attribwit għall-interċessjoni ta’ de Foucauld, li fetaħ it-triq għall-kanonizzazzjoni tiegħu fil-15 ta’ Mejju.