Carmel G. Cauchi
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Carmel G. Cauchi (Birkirkara, 29 ta’ Mejju 1944) huwa għalliem u awtur, magħruf l-iktar għall-kotba tat-tfal.
Għalliem
immodifikaStudja l-Liċeo u f’St Michael’s College of Education. Għal 33 sena għallem fi skejjel Primarji differenti u fl-1995 laħaq Assistent Kap ta’ Skola fit-Taqsima tal-Edukazzjoni minn fejn irtira bl-età fl-2005.
Huwa membru attiv fis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.).
= Awtur
immodifikaIl-ġibda għall-kitba ħassha sa minn tfulitu u baqgħet tikber miegħu. Cauchi huwa kittieb ta’ proża, poeżija u drammi. Xogħlijiet tiegħu xxandru fuq il-mezzi tax-xandir, u dehru fil-ġurnali, f’rivisti letterarji u f’antoloġiji kemm lokali kif ukoll barranin.
Cauchi kien bosta drabi ppremjat f’konkorsi letterarji lokali u xi drabi wkoll l-Italja. Ingħata fost l-oħrajn il-premju prestiġjuż “Città di Valletta” għall-poeżija fl-1986.
Għal ħames snin konsekuttivi kiteb dramm li bih it-tfal tal-Iskola Primarja ta’ Birkirkara pparteċipaw fil-“Festival ta’ Drama għall-Iskejjel”, u għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali.
Għal erba’ darbiet kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: it-tieni post fit-Taqsima Proża għat-Tfal fl-2002 u fl-2012, l-ewwel post fit-Taqsima Poeżija għat-Tfal fl-2006, u l-ewwel post fit-Taqsima tal-Proża għall-Adolexxenti fl-2011.
Għalkemm hu iktar magħruf fil-qasam tal-kitba għat-tfal Carmel jikteb ukoll għall-kbar u, f’din il-kategorija, sal-lum ippubblika 12-il ktieb originali. Għat-tfal u adolexxenti huwa ħareġ 46 ktieb oriġinali u 12-il traduzzjoni mill-Ingliż u mit-Taljan.
Huwa msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin, fl-Għaqda tal-Malti (Università) u fl-Akkademja tal-Malti.