Donato Bramante
Donato Bramante (UK: / bræ'mænteɪ / bram-AN-tay, US: / brəmɑːnteɪ, -ti / brə-MAHN-tay, -tee, Taljan: [doˈnaːto braˈmante]; 1444 – 11 ta' April 1514), imwieled bħala Donato di Pascuccio d'Antonio u magħruf ukoll bħala Bramante Lazzari, kien perit u pittur Taljan.[1] Huwa introduċa l-arkitettura Rinaxximentali f'Milan u l-istil Rinaxximentali Għoli f'Ruma, fejn il-pjanta tiegħu għall-Bażilika ta' San Pietru serviet ta' bażi għad-disinn eżegwit minn Michelangelo. It-Tempietto tiegħu (San Pietro in Montorio) immarka l-bidu tar-Rinaxximent Għoli f’Ruma (1502) meta l-Papa Ġulju II ħatru biex jibni santwarju fuq il-post fejn kien midfun Pietru.[2]
Donato Bramante | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Fermignano, 1444 |
Mewt | Ruma, 11 April 1514 |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
arkitett pittur inġinier |
Xogħlijiet importanti |
Santa Maria Nuova (en) Santa Maria presso San Satiro (en) Christ at the Column (en) |
Moviment | Rinaxximent Għoli |
Ħajja
immodifikaUrbino
immodifikaBramante twieled bħala Donato di Pascuccio d'Antonio, jew Donato Pascuccio d'Antonio f'Fermignano ħdejn Urbino. Hawnhekk, fl-1467, Luciano Laurana kien qed jaħdem biex iżid kjostru u elementi Rinaxximentali oħra mal-Palazz Dukali ta' Federico da Montefeltro. L-arkitettura ta' Bramante ħbiet xi ftit il-ħiliet tiegħu bħala pittur: huwa kien jaf sew lill-pitturi Melozzo da Forlì u Piero della Francesca, li kienu interessati fir-regoli tal-perspettiva u l-karatteristiċi illużjonistiċi fil-pittura ta' Andrea Mantegna.
Milan
immodifikaGħall-ħabta tal-1474, Bramante mar joqgħod Milan, belt bi tradizzjoni arkitettonika Gotika profonda, u bena diversi knejjes fl-istil Antik il-ġdid. Id-Duka, Ludovico Sforza, prattikament ħatru bħala l-perit tiegħu, u fl-1476 beda b’kummissjonijiet li laħqu l-qofol tagħhom fil-famuż trompe-l’œil għall-kor tal-knisja ta’ Santa Maria presso San Satiro (1482–1486). L-ispazju kien limitat u Bramante għamel apsidi teatrali f'basso riljev, li tikkombina l-arti pittoreska tal-perspettiva b'dettalji Rumani. Hemm ukoll sagristija ottagonali, b'koppla fuqha. F’Milan, Bramante bena wkoll it-tribuna ta’ Santa Maria delle Grazie (1492–99); xogħlijiet bikrin oħra jinkludu l-Kjostri ta' Sant'Ambrogio, Milan (1497-1498), u xi kostruzzjonijiet oħra f'Pavia u possibbilment f'Legnano. Madankollu, fl-1499, bil-patrun Sforza tiegħu mkeċċi minn Milan mill-armata Franċiża li invadiet il-belt, Bramante mar Ruma, fejn kien diġà magħruf mill-Kardinal setgħan Riario.
Ruma
immodifikaF’Ruma, ma damx ma ġibed l-attenzjoni tal-Kardinal Della Rovere, li ftit wara sar il-Papa Ġulju II. Għal Ferdinandu ta’ Aragona u Isabella ta’ Kastilja jew possibilment Ġulju II, Bramante ddisinja wieħed mill-aktar binjiet armonjużi tar-Rinaxximent: it-Tempietto (1502) ta’ San Pietro in Montorio fuq il-Janiculum.[3] Minkejja l-iskala żgħira tagħha, il-kostruzzjoni għandha l-proporzjonijiet u s-simetrija rigorużi kollha tal-istrutturi Klassiċi, imdawra b’kolonni Doriċi rqaq, b'koppla fuqhom. Skont inċiżjoni li għamel Sebastiano Serlio xi żmien wara, Bramante ppjana li jibnih f'kjostru bil-kolonni. F’Novembru 1503, il-Papa Ġulju II qabbad lil Bramante għall-ikbar kummissjoni arkitettonika Ewropea tas-seklu 16, il-bini mill-ġdid tal-Bażilika ta’ San Pietru. Il-ġebla tax-xewka tal-ewwel wieħed mill-komponentu l-kbar tal-ġontura arkitettonika f'għamla ta' salib tqegħdet b'ċerimonja fis-17 ta' April 1506. Ftit huma l-pjanti ta' Bramante li għadhom jeżistu, għalkemm hemm uħud maħduma mill-assistenti tiegħu li juru l-firxa tat-tim li kellu miegħu. Il-viżjoni ta’ Bramante għal San Pietru, pjanta ta’ salib Grieg ċentralizzat li jissimbolizza perfezzjoni sublimi għalih u għall-ġenerazzjoni tiegħu (qabbel Santa Maria della Consolazione f’Todi, influwenzata mix-xogħol ta’ Bramante) kienet mibdula b’mod fundamentali bl-estensjoni tan-navata wara mewtu fl-1514. Il-pjan ta’ Bramante kien jipprevedi erba’ kappelli kbar li jimlew l-ispazji tal-kantuniera bejn it-transetti indaqs, kull waħda mgħottija b’koppla iżgħar li ddawwar il-koppla l-kbira fuq il-ġontura arkitettonika f'għamla ta' salib. Allura l-pjanta oriġinali ta’ Bramante kienet ferm iktar Romano-Biżantin fil-forom tagħha mill-bażilika li eventwalment inbniet.
Bramante ħadem ukoll fuq diversi kummissjonijiet oħra. Fost l-ewwel xogħlijiet tiegħu f'Ruma, qabel ma kienet għaddejja l-kostruzzjoni tal-Bażilika, hemm il-kjostru (1500–1504) ta' Santa Maria della Pace ħdejn Piazza Navona.
Xogħlijiet
immodifika- Santa Maria presso San Satiro, Milan, ca. 1482–1486
- Santa Maria delle Grazie (kjostru u absida); Milan, 1492–1498
- It-Tempietto, San Pietro in Montorio, Ruma, 1502
- Santa Maria della Pace (kjostru); Ruma, 1504
- Bażilika ta' San Pietru, Ruma, disinn fl-1503, bidu tal-kostruzzjoni fl-1506
- Cortile del Belvedere, il-Belt tal-Vatikan, Ruma, 1506.
- Palazzo Caprini, Ruma, beda għall-ħabta tal-1510 (imwaqqa' fis-seklu 17)
Minbarra l-bini, Bramante kiteb dwar l-arkitettura u kkompona tmenin sunett.[4]
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Donato Bramante |
- Donato Bramante - Enċiklopedija tal-Istorja Antika
- Donato Bramante Informazzjoni, Stampi & Dokumentarji dwar Donato.
Referenzi
immodifika- ^ Forsyth, Joseph; Forsyth, Isaac (1824). Remarks on antiquities, arts, and letters during an excursion in Italy, in the years 1802 and 1803 (bl-Ingliż). 2. Londra: John Murray.
- ^ Davies, Paul; Hemsoll, David (1996). "Bramante, Donato". F' Turner, Jane (ed.). The Dictionary of Art (bl-Ingliż). Grove. ISBN 978-1884446009.
- ^ Freiberg, Jack (2014). Bramante's Tempietto, the Roman Renaissance, and the Spanish crown (bl-Ingliż). Cambridge University Press. ISBN 978-1107042971.
- ^ Weigert, Hans; Busch, Harald; Lohse, Bernd, ed. (1961). Buildings of Europe: Renaissance Europe (bl-Ingliż) (1el ed.). Macmillan. ASIN B000J61OLE.