Is-Soċjetà Filarmonika Victory twaqqfet uffiċjalment nhar il-25 ta' Ottubru 1898, u kienet l-ewwel banda mwaqqfa fl-irħula kollha ta' Għawdex. Hija twaqqfet fuq l-inizjattiva tal-Fundatur l-Arċipriet Ġużepp Diacono u taħt it-tmexxija abbli tas-Surmast Malti, Eduardo Farina. Minkejja li għebet għal xi ftit, fl-1934 reġgħet twieldet il-Banda ġox-Xagħra, b'inizjattiva tal-Fundatur Franġisk Camilleri u taht it-tmexxija tas-Surmast Mikiel Farrugia.

Banda Victory
Isem sħiħ: Soċjetà Filarmonika Victory
Fundazzjoni: 1898
Faxxa: Blu
Lokalità: Ix-Xagħra
President: Eucharist Sultana
Segretarju: Joseph Bajada
Surmast Direttur: Mro. Joseph Galea
Innu Marċia Victory (A. Pulliċino)

Mit-twaqqif tagħha sal-ġurnata tal-lum, is-Soċjetà qatt ma ħarset lura u dejjem tat kontribut siewi fil-qasam mużikali u kulturali tal-gżejjer tagħna. Matul il-medda tas-snin, il-Banda Victory tmexxiet minn diversi surmastrijiet ta' potenzjal kbir. Is-Soċjetà Filarmonka Victory hi nkarigata uffiċjalment mill-organizzazzjoni tal-festi esterni ta' waħda mill-ikbar festi f'Għawdex: il-festa tant popolari ta' Marija Bambina. Fl-1976, is-Soċjetà, b'inizjattiva tal-Kumitat u membri voluntiera, irnexxielha tibni Każin kbir u sala moderna li tilqa' l-bżonnijiet tal-lum għall-attivitajiet kulturali. Fl-2002, il-Kumitat iddeċieda li jsemmi din is-sala għall-Kan. Dun Alwiġ Camilleri li serva għal diversi snin bħala Assistent Direttur Spiritwali tas-Soċjetà u li kellu tant għal qalbu din l-Għaqda Mużikali u li llum m'għadux magħna.

Il-banda Victory irnexxielha tesegwixxi diversi kunċerti barra minn Malta fosthom dak fl-Istati Uniti tal-Amerika fl-1994.

F'April 2006, il-Banda Victory ippartecipat fil-festi cinkwantenarji li gew organizzati b'mod kongunt bejn is-Socjeta' Filarmonika Leone tal-Belt Victoria, il-Knisja Katidrali u l-Parrocca tax-Xaghra. Nhar is-Sibt 29 ta' April ta' dik is-sena, il-Banda laqghet l-istatwa artistika u devota ta' Marija Assunta meqjuma fil-Katidral ta' Ghawdex mal-wasla taghha fix-Xaghra u regghet akkumpanjatha lura lejn tarf ir-rahal fi tmiem iz-zjara taghha nhar l-Erbgha 3 ta' Mejju. Dawn l-attivitajiet saru bhala parti minn programm ta' festi specjali li fakkru l-hamsin anniversarju mill-ghoti tal-istatwa ta' Santa Marija mis-Socjeta' Filarmonika Leone lill-Knisja Katidrali ta' Ghawdex fid-29 ta' April 1956.

Il-Banda Victory tiehu sehem f'numru kbir ta' servizzi muzikali matul is-sena, kemm fix-Xaghra u anke barra r-rahal. Kull sena, fl-4 ta' Settembru, din is-Socjeta' tesegwixxi programm muzikali fuq il-plancier f'Misrah il-Vitorja filwaqt li kull sentejn, f'Lejliet Hadd il-Palm, tesegwixxi programm ta' muzika sagra fil-Knisja Bazilika ta' Marija Bambina bhala parti mic-celebrazzjonijiet tal-Gimgha Mqaddsa.

Kumitat attwali:

President: Dr. Joseph Attard LLD Vici-President: Eucharist Sultana Presidenti Onorarji: Michael F. Cini, Mons. Ewkaristiku Sultana, Mons. Arcipriet Carmelo Refalo Bandisti Onorarji: Eucharist Camilleri, Joseph Refalo, Carmelo Sultana, Joseph Bajada Membri Onorarji: Francis Bajada, Louis Portelli Segretarju: Joseph Bajada Tezorier: Noel Grima Direttur tal-Kazin: Ezechiel Grima Delegat tal-Kumitat ghall-Bandisti: Joseph Vella Direttur Spiritwali: Kan. Dun Giljan Refalo Rapa Assistent Direttur Spiritwali: Kan. Dun Guzepp Cini Surmast Direttur: Mro. Joseph Galea LCM Assistent Surmast Direttur: Mro. Ivan Attard A.MusTCL Direttur tal-Kor tas-Socjeta' (il-Kor Nativitas): Mro. Ivan Attard A.MusTCL Awditur tas-Socjeta': Joe Cordina Rapprezentat Legali: Dr. Carmelo Galea LLD Nutar: Dr. Josianne Cini


Surmasti mużikali

immodifika
Surmast Perjodu
Eduardo Farina 1898–1990
Mikelang Borg 1901–1906
Mikiel Farrugia 1934–1960
Joseph Camilleri 1960–1970
Nazzareno Refalo 1971–1993
Joseph Galea 1993–preżent

Presidenti

immodifika
Surmast Perjodu
Dun Luigi Attard 1898–1899
Dr. Nicolino Tabone M.D. 1899–1906
Franġisk Camilleri 1934–1939
Dr. George Camilleri M.D. 1939–1945
Carmelo Refalo 1945–1970
Dr. Hubert Grech M.D. 1970
Julian Refalo Rapa 1970
Eucharist Attard 1970–1971
Lawrence Camilleri 1971–1975
Joseph Bajada 1975–1976
Mario Xerri 1976
Anthony Bajada 1976–1978
Joseph Bajada 1978–1979
Carmelo Sultana 1979–1985
Michael Spiteri 1996–1999
Micheal F. Cini 1999–2006
Victor Zammit 2006–2007
Eucharist Sultana 1985–1996, 2007–2014
Dr. Joseph Attard LLD 2014–prezent