Banda Lourdes

Banda minn Paola, Malta

Meta niġu biex nitkellmu dwar it-tieni paroċċa ta’ dan is-subborg progressive u kif wieħed jista’ jaħseb post bħal ma huwa Raħal Ġdid bilfors li kien hemm il-ħtieġa ta’ paroċċa oħra għax kif għidna, minkejja l-għadd ġmielu ta’ knejjes u kappelli li jeżistu fih il-popolazzjoni baqgħet dejjem tiżdied u għalhekk l-istess Arċisqof Mikiel Gonzi, nhar il-15 ta’ Awissu tas-sena 1963, poġġa u bierek l-ewwel ġebla ta’ knisja li hi taħt it-titlu tal-Madonna ta’ Lourdes. Il-knisja l-ġdida jew il-paroċċa l-ġdida għandha għamla ta’ mrewħa b’artal wieħed u hi ppjantata fuq stil modern u tesa’ aktar minn 800 ruħ.

U għalkemm f’Malta hemm min jaħseb li l-festi qed imorru lura u l-għaqdiet tal-baned spiċċa żmienhom, jidher u jinħass il-kontra għax kulma jmur il-festi qed jiżdiedu u jitkabbru u ħafna minn dawn huma dovut għall-ħidma li ssir minn ħafna nies dedikati li l-maġġoranza tagħhom tinsab f’xi każin tal-banda. U dan jidher ukoll f’dan is-subborg li llum m’għandux biss żewġ parroċċi iżda tlett għaqdiet filarmoniċi. u dan xi ftit jew wisq wieħed jistennih għax tista’ tgħid f’ħafna każi fejn tinbet parroċċa ġdida jinbet ukoll każin tal-banda minkejja li llum iż-żmienijiet m’għadhomx bħal ta’ dari u l-finanzi meħtieġa huma xi ħaġa li tista’ forsi żżomm lil dak li jkun lura biex jilħaq dan il-għan. iżda dan ma kienx il-każ mal-Kavallier Lorenzo DePasquale li mit-twaqqif tal-paroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes ġieħ il-ħsieb li jsib minn jgħinu biex tiġi mwaqqfa soċjeta’ filarmonika oħra f’Raħal Ġdid.

Il-bidu ma kienx wieħed faċli iżda bl-għajnuna ta’ xi ħbieb fosthom is-Sinjuri Joseph Fabri u Ernest Micallef ix-xewqa u l-proġett tal-Kavallier Lorenzo DePasquale bdew jieħdu l-forma u fl-20 ta’ April tas-sena 1977, tliet snin wara t-twaqqif tal-paroċċa ġdida, seħħ it-twelid tal-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes. Għall-bidu l-laqgħat bdew isiru f’kamra fil-knisja jew f’xi dar private ta’ wħud mill-membri sakemm wara ħafna taħbit il-kumitat ta’ din l-Għaqda akkwista l-post 83 Ditch Street.

Tista’ tgħid li l-istatut ta’ kull Għaqda Mużikali juri l-għan li jxerred it-tagħlim tal-mużika u jżid ir-rikreazzjoni tal-membri. Imam huwa żgur ukoll li għalkemm forsi ma jidhirx miktub fl-istatut hemm ukoll l-iskop li tikber u tiżdied il-ħidma biex issir isbaħ il-festa titulari, u l-Banda Madonna ta’ Lourdes insibuha minn ta’ quddiem fil-paroċċa l-ġdida biex tkabbar il-festa tal-Madonna ta’ Lourdes. Infatti fis-sena 1978, sena wara mit-twaqqif tagħha organizzat għall-ewwel darba l-marċ ta’ filgħodu għal-festa. Illum il-banda tikkonferma is-sehem qawwi tagħha fil-festa titulari fejn minbarra li tagħmel marċ tas-Sibt u dak tal-Ħadd li issa sar tradizzjonali, ftit snin wara biss wara dawn iż-żewġ servizzi li semmejna, ħadet ħsieb biex tagħmel servizz ieħor il-Ġimgħa filgħaxija u Progamm vokali u Strumentali għall-ħruġ tal-vara min-niċċa. sadattant f’dawn is-snien ta’ ħajja tagħha l-Banda Madonna ta’ Lourdes għamlet diversi servizzi oħra barranin fosthom f’egħluq il-ħamsin Sena mit-twaqqif tal-Hibernians F.C.,fl-Imnarja fil-ġonna tal-Buskett, fil-Festa tar-Rebbiegħa fil-Belt Valletta u fil-ġonna ta’ l-Argotti l-Furjana, fil-festi ta’ Santa Venera,f’San Ġorġ - Ħal-Qormi, San Girgor f’tas-Sliema, f’Marsaxlokk fil-festa tal-Madonna ta’ Pompei, f’Santu Wistin il-Belt Valletta, fil-festa ta’San Ġużepp il-Karkarra, fil-Festa ta’ Kristu Sultan f’Raħal Ġdid u,f’Santa Marija Ħat-Attard u fil-festa ta’ Marrija Annunzjata f’Ħal-Balzan. Dawn huma ftit serviżżi minbarra in-nummru kbir ta’ Programmi u numru kbir tar-Rekordings.

Fis-Sena 1987 fl-okkazzjoni ta’ 10 Anniversarju tal-Banda, il-Kumitat għamel statwa tal-Madonna ta’ Lourdes. Dina kienet ħaga sabieħa ħafna meta tara li kien l-ewwel ka\in ġo Raħal Ġdid li kellu l-vara tijow. Dina il-vara kienet inħadmet mill-Liskultur il-Kavallier Alfred Camilleri Cauhi. Dina l-vara għandha devozjoni kbira fil-paroċċa dawn jixħduħ in-nies li jitpaxxew meta dina l-vara tintrama fil-festa titulari. Dina l-vara giet iffinanzjata mill-poplu pawlist bl-għajnuna tas-Sur.Salvu Meli li kien benifattur kbir tal-paroċċa u tas-Soċjeta’dina l-istatwa gabar għalija il-Kavallier Lorenzo DePasquale.

Fis-sena 2002 saru festi kbar biex is-Soċjeta’ tiċċelebra l-ħamsa u għoxrin anniversarju mit-twaqqif tagħa. Dawk kien jingludu quddisa fil-paroċċa Madonna ta’ Lourdes, Programm quddiem il-każin, fejn il-President il-Kavallier Lorenzo DePasquale kixef irħama li tfakkar dan l-anniversarju. is-soċjeta kompliet tiċċelebra dawn il-festi, fil-festa tal-patruna tas-soċjeta’ l-Madonna ta’ Lourdes billi inawgurat zewg irħamiet waħda ta-Presidenti tas-soċjeta’ u oħrat as-Surmastrijiet tas-soċjeta’. Il-festi ta’ dan l-anniversarju komplow bi program vokali u strumentali fejn il-banda tellet program fit-teatru tas-Salesiani f’tas-Sliema, u s-Soċjeta’ rat il-ħatra tat-tielet Direttur Mużikali tahha l-Prof.Josef Grech.


Is-Soċjeta’ tikkomprendi fiha nnifisha madwar 150 membru u numru kbir ta’ alliev li bħalissa qegħdin jitgħallmu l-arti mużikali taħt idejn id-Direttur Mużikali l-Profs Grech. Meta illum iż-żgħażagħ għandhom tant affarijiet biex jalljenawhom tieħu gost tisma li din l-għaqda għandha wkoll numru kbir ta’ allievi. Il-banda bit-tħabbrik tal-kumitat u bl-għajnuna ta’ xi benefatturi mill-ewwel ħadet ħsieb biex tixtri strumentatura u rigali oħra lill-banda huma dejjem apprezzat, imam żgur li jkun apprezzat meta l-Ambaxxatur Ġermaniż għal-Malta Dr.Schmitt fis-sena 1984 kien ippreżenta kurunetta ġdida lill-Kavallier Lorenzo DePasquale. Il-Kavallier DePasquale flimkien ma’ xi wħud mill-membri tal-kumitat minn dejjem kellhom ambizzjonijiet kbar għall-futur fosthom dak ta’ xiri ta’ local ieħor akbar. Sa fl-aħħar il-ħolma tal-kumitat waslet. Nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju, 1985 quddiem in-nutar Dr.Gerald Spiteri Maempel għall-ħabta ta’ l-10.45a.m. il-Kavallier Lorenzo DePasquale u s-Sur Ernest Micallef bħala President u Kaxxier rispettivament għan-nom tas-Soċjeta’ ffirmaw il-kuntratt ta’ xiri tal-każin il-ġdid flimkien mal-werrieta tal-fond Nru. 21, f’New Street, Raħal ġdid. Fis-sena 1998 il-kumitat ġie quddiemu proġett ieħor tal-każin, dan kien il-bini u tisqif tal-btieħi f’sala waħda bħala ċentru ta’ attivita, wara li sar studju l- Kavallier Lorenzo DePasquale,qabgħad il-Perit L. Mintoff biex jgħamel l-pjanti meħtiega bix fiż-żmien qasir irnexxilu jiftaħ il-partijiet kollha u bhekk is-soċjeta kellha iktar spazzju fejn taqdi id-dmirijiet taħa. Wara tmexxija ta’ 27 sena mill-President il-Kavallier Lorenzo DePasquale fis-sena 2004 inħatar is-Sur.Carmelo Melli bħala President. Kien nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Awissu,2005 għall-ħabta ta’ l-9.30 a.m. għall darba oħra quddiem in-nutar Dr.Gerald Spiteri Maempel is-Sur.Carmelo Meli, il-Profs.Josef Grech u s-Sur.Alexander Vella bħala President, Segertarju w Kaxxier rispettivament għan-nom tas-Soċjeta’ ffirmaw il-kuntratt ta’ xiri tal-lokal ieħor li jmiss ma’ dak preżenti mal-werrieta tal-fond Nru. 23, f’New Street, Raħal Ġdid. Dan sabiex il-każin jespandi l-faċilitajiet rikreattivi għall-membri.B’hekk il-membri ser ikollhom aktar faċilitajiet biex jirrikrejaw ruħhom b’żieda ta’ logħob ta’ ġewwa bħalma huma billiard, table tennis darts u draughts. B’hekk ukoll bdew jersqu aktar membri żgħażagħ li jitħajru jibdew jitgħallmu xi strument. Għal numru kbir tas-snin il-Federazzjoni Maltija tad-Draughts għandha bħala sede uffiċjail tagħha dan il-każin tal-Banda sabiex torganizza kompetizzjonijiet matul is-sena kollha. Kien propju mill-każin tal-Banda Madonna ta’ Lourdes li rega’ twaqqaf il-Pawla Scout Group. Dan sar peress li fiż-żmien it-tmexxija tal-President il-Kavallier Lorenzo DePasquale. Kien il-President DePasuale li kien reġa’ ħa f’idejħ ukoll it-tmexxija tal-Pawla Scout Group wara ħafna snin wieqaf, il-laqgħat u t-taħriġ ta’ dan il-grupp beda jsir fil-każin tal-banda stes minħabba li local ma kellhomx. Dan il-grupp reġa’ twaqqaf mill-ġdid bil-ħidma insistenza tal-President il-Kavallier DePasuale.


Din is-Soċjeta’ kienet rebħet ix-‘Shield’ fil-Gara Mużikli ta’ l-Allievi fl-1983 organizzata mill-Għaqda Każini tal-Baned. Din ix-“Shield’ mhux talli ġġib unur ieħor fl-istorja tas-Soċjeta’, iżda s-suċċess jurina biċ-ċar li din l-għaqda miexja fid-direzzjoni t-tajba rigward it-tagħlim mużikali. Ta’ min jirrimarka wkoll li s-Soċjeta’ qed tiġi mistiedna minn diversi għaqdiet oħra barranin sabiex tesegwixxi servizzi oħra barra dawk li għandha, bis-suċċessi li qed tikseb minn sena għall-oħra.


Kienu ħafna l-kriżijiet ekonomiċi u amministrattivi, b’mod speċjail il-qagħada fraġili tal-banda, li għal xi żmenijiet tħalliet bħal dgħajsa mingħajr tmum, titqalleb mal-ħalel u mingħajr ħadd ma jidderiġiha biex ma titfarrakx. Kienu tnejn il- s-Sur.Carmelo Melli u Profs.Josef Grech, li żammewha li ma titkissirx u tiġi fix-xejn bħalma ġara lill-baned oħra. Jekk wieħed ma jiflix bir-reqqa l-minuti tal-kumitat mill-bidunett sa llum, żgur li ma jasalx biex jifhem u jkun jaf bil-baħar imqalleb u tempestuż li għaddew minnu d-diversi kumitati u l-bħalma fl-aħħar mill-aħħar jiġri lil ħaddieħor, u għalkemm il-kumitati f’din il-medda ta’ żmien, sabu ruħhom f’diffikultajiet, madankollu dejjem żammew rashom merfugħa, u dejjem baqgħu mexjin ‘il quddiem, minkejja dawk il-maltempijiet kollha li ta’ sikwiet kienu jinqalgħum, lil kull wieħed minn dawn, kemm membri tad-diversi kumitati, kif ukoll il-bandisti li taw sehemhom f’dawn is-snien, il-poplu Pawlist jirringrazzjahom għal dak kollu li għamlu.


Sal-lum il-ġurnata, il-Banda Madonna ta’ Lourdes kellha jidderiġuha tlett Surmastrijiet, li bla ebda dubju kollha taw is-sehem tagħhom sabiex jaraw il-banda miexja ‘l-quddiem. Is-Surmast Orazio Cachia kien inħatar Aġent Surmast fl-1977. Wara ftit inħatar il-Kavallier Abel Joseph Mizzi li dam f’din il-kariga, mill-1977 sa 2002. taħt it-tmexxija tiegħu l-banda ġiet imsejħa mill-Għaqda Każini tal-baned Maltin u Għawdxin biex tagħti kunċert klassiku fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Ċeċilja padruna ta’ l-istess Għaqda tal-baned. Okkażjoni bħal din żgur li tibqa’ imniżżla b’ittri tad-deheb fl-istorja ta’ din is-Soċjeta’ meta dak inhar tal-21 ta’ Novembru 1984 esegwiet xogħlijiet minn opri bħalma huma t-Turandot, Cavalliera Rusticana u Andrea Chenier u kompożizzjonijiet oħra ta’ kompożituri internazzjonali. Tajjeb najdu lis-Surmast Abel Mizzi ta irrezenja tijhow fil-1999 u l-Assistent Surmast ta’ dak iz-zmien Mro.Josef Grech ma xtaqx li joqod Surmast Direttur minħabba li xtaq li s-Surmast Abel Mizzi jgħalaq 25 sena bħala Surmast Direttur. Wara ħames snin fil-kariġa ta’ Assistent Surmast Direttur mill-1997 sa 2002. fis-sena 2002 il-Profs.Josef Grech inħatar it-tielett Surmast tal-banda. Ta’ min jgħid li minn mindu laħaq il-Prof.Josef Grech, il-banda ħadet spinta ‘l quddiem fil-livell bandistiku u anki f’dik li hi organizzazzjoni ta; l-attivitajiet mużikali. F’daw li huma provi, il-banda tiltaqa’ darbtejn fil-ġimgħa għal għaxar xhur sħaħ kemm bħala banda sħiħa jew inkella f’sistema ta’ sections,liema sistema write riżultati eċċellenti. Dan jixhdu l-Kunċerti Annwali, fejn mhux biss ikun ta’ livell għoli, iżda wkoll hu attrazzjoni għall-folla numeruża li jattendu kull sena. Dan il-kunċert jattira daqstant nies għax barra li jkun preparat bis-serjeta’, l-għażla tal-bċejjeċ jappellaw ħafna għall-pubbliku. Barra minhekk, sar ħafna enfasi fuq it-taqgħlim mużikali kemm għal dawk li huma bandisti prospettivi kif ukoll għal dawk li jkunu diġa’ ħarġu jdoqqu. Fl-okkażjonijiet li fihom ħadet sehem il-banda taħt il-Profs. Grech, dejjem ħarġet bl-unuri u kisbet kliem ta’ tifħir. Il-Banda ghamlet diversi Programmi fosthom ta’ min issemmi il-Programm tat-tħul ta’ Malta fl-Unjoni Eropeja li sar fil-Belt Valletta. Programi oħra li jipqaw jissemow huma dak li l-banda esegwiet is-silta difikultuza ‘1812’ li kien sar fit-Tejatru tas-Selesiani f’tas-Sliema u Program ieħor il-sar fit-Teatru tal-General Werkers Union fejn il-banda għaddiet litwal xhol mużikali fejn esegwiet is-silta ‘The History of Malta’ tad-Direttur Mużikali Profs.Grech. Kien il-Profs. Grech meta il-banda esegwied il-Cantata Ad Unur il-Madonna ta’ Lourdes li kienet kompożizzjoni mill-lisbaħ u bhekk is-soċjeta’ għandha numru kbir ta’ tezori mużikali f’l-arkivju tagħha. Tamin jiremarka ukoll li fis-sena 2003 il-banda daqqet sitta u sebgħajn silta diverenti dawk kienu jingludu bosta kompozizzjonijiet tal-Profs.Grech li flimkien maħhom kien hemm xi mużika diffikultuza bħal ‘Marcia Slava’, ‘L-Amico Fritz’, ‘l Vespri Siciliani’,’Triumphal Marċ ta’ l-Aida’. U hawn ta’ min jifraħ lill-kumitat u l-membri tas-Soċjeta’ b’dan il-progress u nawguraw li wara li ntlaħaq dan il-livel għoli li poġġa lill-banda fost l-aħjar mill-baned Maltin.


l-idejal li tħaddan l-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes hu li kulħadd għandu l-opportunita’ li juża’ t-talenti individwali tiegħu. għalhekk kul min għandu l-inklinazzjoni mużikali huwa mistieden biex isir membru ta’ l-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes.


web sajt: [www.lourdesbandclub.com]