Klubi Sportiv Apolonia Fier (KS Apolonia Fier) huwa klabb tal-futbol Albaniż li huwa bbażat ġewwa Fier. Il-klabb ġie bbażat bħala "KS Apollonia" fl-1925 - isem derivat mill-belt antika fil-qrib ta Apollonia. Huma jilagħbu fis-Stadiumi Loni Papuçiu. Il-klabb irnexxielu jirbaħ it-trofew tiegħhu fl-1998, li rebħu t-Tazza Albaniża.

Apolonia Fier
Isem sħiħ Football Club Apolonia Fier
Fundazzjoni 17 ta' Ġunju, 1925
Grawnd Stadiumi Loni Papuçiu, Fier
President ?
Kowċ ?
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija

immodifika

Kmieni fl-1920ijiet, fil-Belt ta' Fier bdew jiġu organizzati attivitajiet sportivi. Ħafna miż-żgħażagħ tal-belt kienu studenti u ddeċidew li jiġu lura fis-sajf għall-vaganzi tagħhom iżda wkoll għall-logħba tal-futbol. Il-logħba kienet mifruxa mmedjatament madwar iż-żgħażagħ tal-belt u kważi kull rokna kien hemm xi żgħażagħ b'xi ballun f'siequ. L-ewwel logħba uffiċjali li ntlagħabet fil-belt ta' Fier kienet saret fis-17 ta' Lulju, 1924 bejn il-klabbs ta' Fier u Vlorë, attività organizzata mill-"Bashkimi Cultural Society". Fis-sajf tal-1925, grupp ta' studenti bbażaw Shoqeria Sportive Apollonia li kienu fost l-ewwel klabbs tal-futbol fil-belt. Matul l-1928, sar klabb professjonali u ri-organizzaw l-istruttura tagħhom billi żżidu r-regolament tal-klabb u l-bord tad-diretturi, li kien jippjana xi attivitijiet u logħob. Wara l-fondazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Albaniż, il-futbol sar aktar organizzat u ħafna attivitajiet saru. Waħda mill-aktar attivitajiet importanti kienet it-Tazza Muzakia bil-parteċipazzjoni ta' klabbs minn Fier, Vlorë, Berat u Lushnje, It-Tazza Muzakia kienet mirbuħa minn KS Apollonia. Klabbs tal-futbol ohrajn maħluqa ġewwa Fier huma: Myzeqeja SK (1927), Sport Klub Fieri (1930) u Ballkanikja SK (1930).

1945-1990

immodifika

Fl-1946, Apolonia infetaħ mill-ġdid bħala multi-klabb sportiv. Ħafna sports kienu pprattikati mill-klabb bħal: Baskitbol, Vollibol, Atletika, etċ. Madankollu l-futbol baqgħa l-aktar sport popolari. Fl-1958 stadju ġdid kien mibni ġo Fier biex jospitaw xi logħob li jintlagħabu mill-klabb. L-istadju jismu "Loni Papuciu" u għandu kapaċita ta' 6000 attendenti. Il-klabb kien fl-aqwa tiegħu minn 1985–1990 li kienu mmexxija mill-kowċ Vangjel Capo. Il-klabb mexa sabiex jikseb l-aħjar riżultat tiegħu fl-Ewwel Diviżjoni Albaniża li spiċċaw it-tielet. Dan tqegħid ta' lit-tim l-opportunità li jipparteċipa fl-ewwel rawnd tal-UEFA Cup iżda kienu eliminati minn AJ Auxerre.

1990-preżent

immodifika

Wara l-waqgħa tal-komuniżmu bħal f'kull klabb fl-Albanija ħafna plejers ħallew lil pajjiż biex ikomplu l-karriera tagħhom barra minn pajjiżhom. Fl-1992 il-fergħa tal-futbol ġiet sseparata mill-klabb prinċipali u tkompliet bħala KF Apolonia Fier taħt il-President Koço Kokëdhima. Il-klabb beda l-qawmien mill-ġdid tiegħhu fl-1997 wara li għamlu xi apparenzi impressjonanti li ntemmu fil-ħames post. L-istaġun ta wara l-klabb spiċċaw diżappuntanti fis-7 postiżda dawn irnexxielhom jilħqu għall-ewwel darba u biss fl-istorja tagħhom l-finali tat-Tazza Albaniża. Il-klabb iffaċċjaw lir-rivali KS Lushnja fil-finali tagħhom. Apolonia rnexxielu jirbħu l-logħba bl-iskor ta' 1–0 u ħadhu t-Tazza f'darhom. Wara xi snin tajba fis-Superliga Albaniża, il-klabb ġie relegat fl-istaġun 2002–03. Apolonia qagħdu fit-Tieni Diviżjoni sal-promozzjoni tagħhom fl-istaġun 2005–06 meta spiċċaw runners-up. Ir-Rumen Silviu Dumitrescu, li għandu ħafna esperjenza, kien il-kowċ il-ġdid għall-istaġun 2006–07. Fl-10 ta' Ottubru 2006, Dumitrescu irriżenja u kien sostitwit minn Dhimitër Papuçiu. Anki jekk huwa beda b'xi riżultati tajbin tal-klabb ma setgħax immexxi jħalli t-tim fl-aħħar post tal-klassifika. Papuçiu kellu ġie mibdul minn Andrea Marko fil-bidu ta' 2007. Iżda fl-istaġun tagħhom tas-Superliga kien diffiċli u spiċċaw fil-qiegħ tal-klassifika. Fl-istaġun ta wara ġlieda tajba dawn irnexxielhom jiksbu l-promossi lura lejn is-Superliga. Dan l-istaġun taħt il-kowċ Esad Karishik huma rnexxielhom jistabbilixxu lilhom infushom fin-nofs tal-klassifika. Din is-sena KS Apolonia sabu plejer b'talent li ismu huwa Aldo Capo.

Tazza Albaniża : 1 (1998)

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

immodifika
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb Home Away
1989–90 UEFA Cup 1R   AJ Auxerre 0-3 0-5
1998–99 UEFA Cup Winners' Cup RK   KRC Genk 1-5 0-4
  • RK = Rawnd tal-Kwalifikazzjoni
  • 1R = L-ewwel Rawnd

Ħoloq esterni

immodifika