Don Andrea Santoro (twieled fis-7 ta' Settembru 1945 – miet fil-5 ta' Frar 2006) kien qassis Taljan tal-Knisja Kattolika li ġie maqtul fit-Turkija.

Andrea Santoro
Ħajja
Twelid Priverno (en) Translate, 7 Settembru 1945
Nazzjonalità Italja
Renju tal-Italja
Mewt Trabzon (en) Translate, 5 Frar 2006
Kawża tal-mewt omiċidju
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot Kattoliku
Fidei Donum missionary (en) Translate

Imwieled fil-provinċja ta' Latina, fl-Italja Ċentrali, hu ġie reġistrat bl-isem ta' Andrea Silvio. Għex fi Priverno sas-16 ta' Jannar 1956, meta l-familja tiegħu ġarret għal Ruma. Fl-1958 daħal is-Seminarju Minuri ta' Ruma, fejn kien jattendi it-tielet sena medja u l-istudji fil-Liċeo. Meta lesta l-istudji fit-teoloġija fl-Università Pontifiċja tal-Lateran, ġie ordnat saċerdot fit-18 ta' Ottubru 1970.  

Għamel ix-xogħol tiegħu pastorali bħala viċi-kappillan fil-parroċċi ta' San Marċellinu u San Pietru bejn l-1970 u l-1971 u f'dik tat-Trasfigurazzjoni bejn l-1972 u l-1980. Fl-1980 talab li jqatta' sitt xhur fil-Lvant Nofsani qabel ma jibda x-xogħol tiegħu bħala Kappillan, li ġie mogħti lilu fil-periferija ta' Ruma, kwartier ġdid ta' Verderocca, sabiex "jibni" il-Knisja (komunita' ta' "ġebel ħaj" u tal-ġebel). Don Andrea semma l-parroċċa "Ġesù ta' Nazaret" u mexxa din il-parroċċa bħala kappillan mill-1981 sal-1993.

Għadda xi xhur fil-Lvant Nofsani qabel ma beda x-xogħol ta' kappillan fl-1994 fil-parroċċa ta' San Fabjan u San Venanzju, minn fejn telaq lejn it-Turkija fil-11 ta' Settembru 2000. Fil-5 ta' Frar 2006, inqatel fil-knisja ta' Santa Marija fi Trabzon waqt li kien qiegħed jitlob bil-Bibbja bl-ilsien Tork f'idejh, milqut minn balal li laqtuh fil-pulmun.

Ħoloq esterni

immodifika