André Villas-Boas

Luís André de Pina Cabral e Villas-Boas (twieled fis-17 ta' Ottubru 1977) huwa kowċ tal-futbol Portugiż. Villas-Boas m'għandu l-ebda esperjenza bħala futboler professjonali, u ta' 33 sena irnexxielu jsir l-iżgħar kowċ li rebaħ titlu Ewropew.

André Villas-Boas
Informazzjoni personali
Isem sħiħLuís André de Pina Cabral e Villas-Boas
Twelid17 ta' Ottubru 1977 (1977-10-17) (47 sena)
Porto, Portugall
Tul1.82 m
Timijiet ikkowċjati
2000–2001Gżejjer Verġni Brittaniċi
2009–2010Académica de Coimbra
2010–2011Porto
2011–2012Chelsea
2012–2013Tottenham Hotspur
2014–2016Zenit Saint Petersburg
2016–2017Shanghai SIPG
2019–2021Marseille

Karriera bħala kowċ

immodifika

Ta' sittax-il sena, Villas-Boas (li minn dejjem kien partitarju ta' Porto) għex fl-istess blokka ta' appartamenti tal-Ingliż Bobby Robson, li dak iż-żmien kien qiegħed jikkowċja lil Porto. Wara diskussjoni bejniethom, Robson ħatar lil Villas-Boas fid-dipartment tal-osservazzjoni ta' Porto. Taħt il-gwida ta' Robson, li kien baqa' impressjonat bil-livell ta' Ingliż li kellu, hu kiseb il-liċenzja Ċ tal-ikkowċjar tal-UEFA fl-età ta' sbatax-il sena. Ta' 21 sena kellu perjodu qasir fil-gwida tat-tim nazzjonali tal-Gżejjer Verġni Brittaniċi, qabel ma mexa għal karriera ta' assistent ta' José Mourinho ma' Porto. Meta Mourinho issieħeb ma' Chelsea u Inter, Villas-Boas ingħaqad miegħu.

Statistika

immodifika
Statistika korretta sal-14 ta' Marzu 2013
Klabb Minn Sa Rekord
L R D T % Rebħa
  Gżejjer Verġni Brittaniċi 2000 2001 2 0 0 2 0.00
  Académica de Coimbra 14 ta' Ottubru 2009 2 ta' Ġunju 2010 30 1 9 10 36.67
  Porto 2 ta' Ġunju 2010 21 ta' Ġunju 2011 58 49 5 4 84.48
  Chelsea 22 ta' Ġunju 2011 4 ta' Marzu 2012 40 19 11 10 47.50
  Tottenham Hotspur 12 ta' Lulju 2012 43 22 11 10 51.16
Total 166 97 35 34 58.43

Ħoloq esterni

immodifika