Alonso de Contreras

Kavallier Spanjol, baħħar u kittieb

Alonso de Contreras (Madrid, Spanja, 6 ta' Jannar 1582 - 1641), kien baħri Spanjol (kaptan ta' frejgata), suldat (kaptan tal-infanterija u aktar tard tal-kavalleria), kursar, avventurier u kittieb, magħruf l-aktar bħala l-awtur tal-awtobijografija tiegħu; waħda mill-ftit awtobijografiji eżistenti ta' suldati Spanjoli minn żmien il-Ħabsburgi Spanjoli. Din hija possibilment waħda mill-aħjar awtobijografiji tat-tip tagħha, flimkien mal-Istorja Vera tal-Konkwista ta' Spanja l-Ġdida (Historia Verdadera de la Conquista de la Nueva España) ta' Bernal Diaz del Castillo.

Alonso de Contreras
Ħajja
Twelid Madrid, 6 Jannar 1582
Nazzjonalità Spanja
Mewt 1641
Edukazzjoni
Lingwi Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
baħri
privatier

Bijografija immodifika

Imwieled minn familja fqira ħafna, huwa daħal fl-armata ta’ 15-il sena (fl-awtobijografija tiegħu jgħid li kellu 14 iżda d-data li jagħti, Settembru 1597, tindika li kellu 15) u beda juża kunjom ommu, Contreras. Huwa ħarab biex ingaġġa wara li ta 13-il sena ta daqqa ta’ sikkina lil sieħbu tal-iskola f’Madrid. Għall-ewwel ivvjaġġa lejn il-Fjandri iżda ma damx ġibed lejn Malta fejn, għas-sitt snin ta’ wara, kien suldat fuq vapuri kursari taħt il-bandiera tal-Ordni ta’ Malta. Matul dan iż-żmien iltaqa’ ma’ ġlied u avventuri bla għadd. Ħarab diversi drabi, l-aktar minħabba ġliediet li kien involut fihom. Tgħallem ukoll in-navigazzjoni billi osserva diversi baħħara jagħmlu xogħolhom u ma damx ma ngħata l-kmand ta' diversi bastimenti. Kien jaf il-Lvant tal-Mediterran tajjeb ħafna u uża dan l-għarfien biex jikteb direzzjonijiet tat- tbaħħir għall-Mediterran kollu. Il-manuskritt oriġinali ta’ dan ix-xogħol illum jinstab, flimkien mal-manuskritt oriġinali tal-awtobijografija tiegħu, fil-Librerija Nazzjonali Spanjola f’Madrid ( Biblioteca Nacional de Madrid ).

Wara sitt snin reġa’ lura Kastilja fejn applika u kiseb kummissjoni bħala alférez u żar lil ommu. L-ordnijiet tiegħu kienu li jirrekluta s-suldati tiegħu, kif kienet isir regolarment dak iż-żmien, u, bihom taħt il-kmand tiegħu bħala kaptan, imur l-Estremadura. Din il-biċċa tinvolvi inċident fil-belt żgħira Morisco f'Hornachos, fejn huwa sab ħażna ta' armi f'dar fejn wieħed mis-suldati tiegħu kien qed jgħix. L-awtoritajiet lokali qalulu biex ma jgħid xejn imma xi snin wara kien akkużat u mressaq il-qorti talli kkonfoffa ribelljoni. Id-dettalji ta' dan l-inċident mhux ċari ħafna fl-awtobijografija tiegħu u jista' jkun li kien hemm aktar kumplikazzjonijiet milli nafu bihom.

Wara li ratu waqt ġlieda, innamrat miegħu prostituta u saret tħobbu. Hija għażlet li tingħaqad miegħu fil-vjaġġi tiegħu iżda l-kaptan tiegħu ipprova jistupraha u Contreras ħebb għalih u kważi qatlu. Huwa ħarab lejn Madrid fejn mar jispjega x’ġara lill-awtoritajiet. Fil-proċess huwa ġie meħlus u ingħata ordni biex jirritorna fuq il-bastiment iżda ħafna mis-suldati kienu laħqu telqu.

Wara xi żmien fil-ħajja militari u għażel li jsir eremita fuq l-għoljiet tal-Moncayo f’Aragona u għex hemm sakemm kien arrestat u pproċessat għall-inċident tal-armi f’Hornachos.

Huwa kompla bil-karriera militari u l-avventuri fuq il-baħar li ħaduh f’diversi nħawi fl-Ewropa, sa ma laħaqil-grad ta’ kaptan tal-infanterija. Sar ukoll baħħar ta' ħila kbira u salpa madwar il-Mediterran kollu fejn iltaqa’ ma’ bosta avventuri. Huwa salpa wkoll lejn il-Karibew fejn iġġieled kontra l-bastimenti ta' Sir Walter Raleigh.

Għal xi żmien kien gvernatur ta’ belt żgħira fl-Italja. Fl-Italja żżewweġ mara minn Kastilja iżda, wara li ġewh suspetti dwar il-fedeltà tagħha, segwa passejha b'mod mistur u b’mod ddikara li “id-destin tagħhom kien li sibthom fis-sodda flimkien u mietu”. Kien preżenti waqt l-izbruffar tal-vulkan Vesuvju fl-1631 u għen biex isalva lil xi nies maqbuda hemm.

Aktar tard sar ħabib mal-poeta Lope de Vega li x’aktarx kien ħeġġu jikteb l-awtobijografija tiegħu, wara li sema’ l-bosta r-rakkonti tal-avventuri tiegħu.

Biblijografija immodifika

 
L-awtobijografija ta' Alonso de Contreras

L-awtobijografija tiegħu ġiet ippubblikata diversi drabi bl-Ispanjol u d-direzzjonijiet tat-tbaħħir inħarġu darba. Tagħrif dwar id-diversi edizzjonijiet Spanjoli u ħolqa għat-test li jista' jitniżżel jistgħu jinstabu fil-paġna tal-Wikipedija bl-Ispanjol. L-ewwel traduzzjoni bl-Ingliż dehret ippubblikata fl-1926 [1] u traduzzjoni aktar reċenti ġiet ippubblikata fl-1989 minn Paragon House, New York, bl-isem The Adventures of Captain Alonso De Contreras: A 17th Century Journey .

Fl-arkivji Spanjoli ta’ Simancas (Archivo General de Simancas) hemm, arkivjati, żewġ kitbiet oħra tiegħu. L-ewwel waħda hija speċi ta’ kronoloġija li telenka l-kisbiet tiegħu li, dak iż-żmien, is-suldati kienu jkollhom iħejju kull darba li jfittxu promozzjoni fil-karriera militari. It-tieni waħda hija ddatata ħmistax-il sena wara l-awtobijografija tiegħu u tkompli b'aspetti oħra mill-istorja ta’ ħajtu.

Contreras ġabar mapep tat-tbaħħir dwar portijiet, kapep u qajra tal-Mediterran, li jimmarkaw fejn jistgħu jissewwew kull tip ta' bċejjeċ tal-baħar u jimmarkaw il-fond tal-ilmijiet f'dawk inħawi. Jew l-oriġinal jew kopja kien aktar tard fil-pussess taI Il-Prinċep ta' Oneglia, il-Viciro Spanjol ta' Sqallija, kellu jew l-oriġinal inkella kopja ta' dan il-manuskritt fil-liberija tiegħu. Dan l-istess manuskritt huwa ppreservat fil-Librerija Nazzjonali f'Madrid.

Referenzi immodifika

  1. ^ de Contreras, Alonso, The life of Captain Alonso de Contreras : Knight of the Military Order of St. John, native of Madrid, translated by Catherine Phillips, introduction by David Hannay. Alfred A. Knopf, New York, 1926.