Wikipedija:Dwar

(Rindirizzat minn About-url)
Is-sit elettroniku wikipedia.org, il-paġna prinċipali tal-Wikipedija għal kull lingwa.

Il-Wikipedija hija enċiklopedija multilingwali b'kontenut ħieles mibni bl-għan li kulħadd, minn kull ambitu, jista' jaqsam l-għarfien tiegħu mal-oħrajn. Dan il-proġett ingħata bidu fil-15 ta' Jannar 2001 bil-lingwa Ingliża. Minn dakinhar, il-Wikipedija kibret sabiex saret fost l-ikbar siti fid-dinja, fejn jiġu rrikorjdati 'l fuq minn 1.7 biljun viżta unika fix-xahar. Attwalment hemm iktar minn 300 lingwa, fosthom verżjoni bil-Malti li tkopri 6,967 artiklu.

Il-karatteristika prinċipali ta' din l-enċiklopedija hi li hi miktuba kompletament minn voluntiera: kulħadd jista' joħloq jew jirranġa artiklu b'mod immedjat. L-utenti jieħdu ħsieb ukoll li japprovaw ir-regoli u l-linji gwida sabiex l-enċiklopedija tibqa' tiffunzjona. Għalhekk huwa diffiċli ħafna li artiklu jkollu awtur wieħed; ħafna drabi huwa frott tax-xogħol ta' numru ta' persuni li jaqsmu l-għarfien tagħhom sabiex jimmodifikaw u jtejbu l-kontenut. Il-Wikipedija huwa proġett ħaj li qatt ma jispiċċa.

Il-kontributuri tal-Wikipedija għandhom warajhom stejjer u sfondi differenti; hemm min huwa student, għalliem, espert jew sempliċement għandu passjoni fuq xi suġġett jew grupp ta' interess. Il-Wikipedija temmen li kull persuna għandha d-dritt li jitgħallem, imma wkoll li kull wieħed minna għandu xi ħaġa x'jgħallem lil ħaddieħor. Il-parteċipanti huma ħielsa li jiddeċiedu jipprovdux identità għall-iskopijiet tal-komunità (permezz ta' isem tal-utent u password) jew jibqgħu anonimi.

Dwar il-Wikipedija

Storja tal-Wikipedija

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Storja tal-Wikipedija.

Il-Wikipedija kienet kontinwazzjoni ta' Nupedija, proġett li issa huwa abbandunat biex joħloq enċiklopedija ħielsa. Nupedija kella sistema elaborattiva ta' reviżjoni ta' impar u kellha bżonn kontributuri kwalifikati mhux ħażin, iżda l-kitba tal-artikli kienet bil-mod ħafna. Waqt is-sena 2000, Jimmy Wales, il-fundatur tal-Nupedija, u Larry Sanger, li kien impjegat minn Wales biex jaħdem fuq il-proġett, iddiskutew modi sabiex Nupedija jkollha proġett komplimentarju li jkun aktar miftuħ. Ħafna sorsi ġew suġġeriti għall-idea ta' wiki li jħalli membri tal-pubbliku li jagħti kontribuzzjoni ta' materjal, u b'hekk l-ewwel wiki tal-Nupedija mar fuq l-internet fil-10 ta' Jannar.

Kien hemm reżistenza kunsiderabbli min-naħa ta' modifikaturi tan-Nupedija u r-revedituri għall-idea li Nupedija ssir websajt fil-format ta' wiki, għalhekk il-proġett il-ġdid ingħata l-isem ta' "Wikipedija" u ngħata dominazzjoni għalih, wikipedia.com, fil-15 ta' Jannar (magħrufha issa bħala "il-ġurnata tal-Wikipedija" minn ċerta utenti). Il- bandwidth u s-server (f'San Diego) ġew mogħtija lil Wales. Impjegati passati u kurrenti oħrajn ta' Bomis li ħadmu fuq il-proġett jinkludu Tim Shell, wieħed mill-fundaturi ta' Bomis, l-uffiċċjal kap eżekuttiv kurrenti, u l-programmatur Jason Richey. Id-dominazzjoni kienet eventwalment modifikata għal dik preżenti wikipedia.org meta l-Fondazzjoni Wikimedia ta' bla profitt kienet fundata bħala l-organizzazzjoni suprema tagħha, b'hekk id-dominazzjoni .org kellha tintuża' biex turi n-natura mhux kummerċjali tagħha. F'Marzu 2007, il-kelma wiki saret kelma Ingliża aċċettata. [1]

F'Mejju tal-2001, Wikipediji mhux Ingliżi ġew mibdija - bil-Katalan, iċ-Ċiniż, l-Olandiż, l-Esperanto, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ebrajk, it-Taljan, il-Ġappuniż, il-Portugiż, ir-Russu, l-Ispanjol, u l-Iżvediż; lingwi oħra li segwew wara jinkludu dawk bl-Għarbi u l-Ungeriż.[2] F'Settembru,[3] Il-Polakk kien miżjud u aktar importanza ngħatat lill-proviżjoni multilingwali tal-Wikipedija. Fl-aħħar tas-sena, il-verżjonijiet bl-Afrikaans, bin-Norveġiż, u bis-Serbokroazjan kienu nbdew. Il-verżjoni Maltija bdiet fis-seħħ f'Settembru 2004.

Trejdmarks u proprjeta letterarji

Il-Wikipedija hija trejdmark reġistrata tal-Fondazzjoni Wikimedia ta' bla profitt, li ħolqot familja sħiħa ta' proġetti. Fuq dawn il-proġetti kollha inti merħba li tkun qalbieni u tagħmel modifiki fl-artikli, fejn iżżid mal-għarfien b'mod kollaborattiv.

Kull kelma fil-Wikipedija, u ħafna stampi u kontenut ieħor huwa koperti mil-Liċenzja ta' dokumentazzjoni ħielsa GNU (GFDL). Kontribuzzjonijiet jibqgħu proprjeta tal-kreaturi, iżda fl-istess ħin il-liċenżja GFDL tagħmel żgur li l-kontenut huwa distributtiv u riproduċibbli. (Ara l-avviż tal-proprjeta letterarja u ċ-ċaħda fuq il-kontenut għal aktar informazzjoni.)

Kontributuri tal-Wikipedija

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Wikipedija:Wikipedjani.

Kwalunkwe persuna li għandu aċċess għall-internet jista' jagħmel modifiki fuq Wikipedija, u dan il-ħelsien jagħti spinta ta' inklussività ta' ammont kbir ta' kontenut. Hemm 24,226 utenti - minn skolari esperti għal qarrejja każwali - jagħmlu modifiki fuq il-Wikipedija, u dawn l-edituri esperjenzati ta' spiss jgħinu fil-ħolqien ta' stil konsistenti fl-enċiklopedija, skont il-Manwal tal-istil.

Fi ħdan il-Wikipedija hemm bosta mezzi sabiex jgħinu membri tal-Wikipedija jagħmlu xogħol importanti fil-bini tar-riżorsi ta' kwalità għolja filwaqt li jżommu ċ-ċivilità. Modifikaturi jkunu jistgħu josservaw paġni, u dawk tekniċi jkunu jistgħu jiktbu programmi biex iżommu reġistru u mezz biex jikkoreġġu il-modifiki ħżiena. Hemm 4 amministraturi b'kollox u dawn għandhom poteri speċjali sabiex jagħmlu żgur li jinżamm livell ta' dixxiplina skont il-gwida u politika tal-Wikipedija. Fejn ma jkunx hemm qbil dwar kif il-fatti għandhom jiġu murija, modifikaturi jaħdmu flimkien biex jaslu għal artiklu li jirrapreżenta l-opinjoni esperta kurrenti fuq is-suġġett. Edituri li ma jaħdmux ma' oħrajn b'mod ċivili jistgħu jiġu mkeċċija temporanjament jew għal dejjem milli jkunu jistgħu jagħmel modifiki fil-Wikipedija minn amministratur.

Għalkemm is-sit huwa tal-Fondazzjoni tal-Wikimedia, hija fil-biċċa l-kbira mhux involuta fil-kitbiet tal-artikli u fit-tmexxija tas-sit.

Il-Fondazzjoni Wikimedia

Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Fondazzjoni Wikimedia u m:Main Page.

Il-Fondazzjoni Wikimedia, Inc. hija organizazzjoni tal-karità bla profitt li ġiet fondata f'San Pietruburgu, Florida, fl-Istati Uniti fl-2002, u għandha l-kwartieri tagħha f'San Francisco, California. Il-Fondazzjoni taħdem bħala paraventu legali għall-Wikipedija u l-proġetti subordinati kollha relatati, u hija s-sid ta' kull trejdmark u drittijiet tal-propjetà intelletwali tal-Wikipedija. Kważi kull funzjoni huma meħuda mill-voluntieri ġewwa l-komunità tal-Wikipedija, supplementata minn ftit ħaddiema mħallsa, Bord tal-Avviżi ta' madwar 15-il individwu espert, u l-Bord tal-Kuraturi. Diviżjonijiet tal-Fondazzjoni jeżistu u huma miżjuda b'manjiera kurrenti, f'numru ta' pajjiżi, li jagħtu importanza 'l informazzjoni referenzata, pubblikazzjoni, fondi, u proġetti oħrajn speċifiċi mal-lokazzjoni.

Fil-livell ta' proġett, il-fondazzjoni tidderieġi l-politika globali, drawwiet u faċilitajiet tal-Wikipedija f'kull lingwa u l-proġetti tagħha, tipprovdi dħul legali u propjetà intelletwali kif rikjest, u hija formalment responsabbli għall-iżvillup tas-software b'sors miftuħ tal-Wikipedija (Mediawiki) waqt li r-rikjesti jinbidlu.

Fid-dawl tas-skop tagħha li toħloq materjal ta' referenza b'xejn għal kull persuna, il-fondazzjoni tħaddem ukoll Metawiki fejn affarijiet relatati ma' kull proġett, diskussjonijiet globali jiġu diskussa, u politiki globali jiġu formalment dokumentati u żviluppati, u inkubatur għal proġetti ġodda u lingwi ġodda, sabiex tħaffef l-iżvillup tagħhom fl-istadji bikrin. Minn Awwissu 2007 hemm madwar 100 proġetti ta' referenza ġodda f'bosta stadji ta' żvillup li nbeda minn membri tal-Wikipedija u kommunitajiet relatati.

Impjegati

Jannar 2008 Mudell tal-impjegati tal-Organizzazzjoni tal-Wikimedia
Jannar 2008 Deskrizzjonijiet tal-impjegati tal-Organizzazzjoni tal-Wikimedia

Il-funzjonijiet tal-Fondazzjoni Wikimedia kienu, għal l-ewwel ftit snin, totalment imwettqa mill-voluntieri. Fir-rebbiegħa tal-2005, il-fondazzjoni kellha biss żewġ impjegati, Danny Wool u Brion Vibber. Għalkemm in-numru ta' impjegati kiber, ħafna mix-xogħol baqa' jiġi mwettaq mill-voluntieri, filwaqt li l-fondazzjoni għandha biss ftit impjegati.

Fis-16 ta' Ġunju, 2006, Brad Patrick, li qabel kien prokuratur li kien għamel ftit xogħol pro bono mal-fondazzjoni fil-bidu tal-ħarifa tal-2005, inħatar avukat ġenerali u interim direttur eżekkutiv. Patrick kelli l-kariga li jassisti l-bord fit-tfittxija għal direttur eżekuttiv permanenti.[4]

Mill-4 ta' Ottubru, 2006, Il-Fondazzjoni tal-Wikimedia kellha ħames impjegati mħallsin: żewġ programmaturi (maniġer tas-software Brion Vibber f'California u l-amministratur tas-server Chad Perrin f'Tampa); "biex tirrispondi it-telefons", l-assistenta amministrativa Barbara Brown; għal ġbir ta' fondi u donazzjonijiet, Danny Wool, u biex jidderieġi, interim direttur eżekuttiv Brad Patrick.

Mit-8 ta' Diċembru, 2006, il-lista tal-uffiċjali kurrenti tal-Fondazzjoni tal-Wikimedia semmiet tliet kontraturi tekniċi independenti oħrajn (Kyle Anderson li huwa minn Tampa bħala maniġer tal-hardware li jaħdem fuq bażi part-time, Tim Starling bħala żvillupatur tas-software MediaWiki li jaħdem fuq bażi full-time , u Mark Bergsma bħala koordinatur tan-networking li jaħdem fuq bażi part time).

Brad Patrick waqaf l-attività tiegħu bħala interim direttur f'Jannar 2007 imbgħad irreżenja mill-pożizzjoni tiegħu bħala prokuratur legali f'April 2007.

F'Jannar 2007, Carolyn Doran inħatret Kap Uffiċjal Operattiv u Sandy Ordonez saret Maniġer tal-Kommunikazzjoni.[5] Doran beda jaħdem fuq bażi part-time fil-qasam tal-finanzi għal fondazzjoni fl-2006 wara li kien intbgħat minn aġenzija temporanja.

Danny Wool, uffiċjalment il-koordinatur tad-donazzjonijiet iżda involut bil-kbir fil-ġbir ta' fondi u żvillup kummerċjali, irreżenja f'Marzu 2007. F'April 2007, il-fondazzjoni żiedet pożizzjoni ġdida dik ta', Koordinatur tal-Kapitlu, u inħatret Delphine Ménard, f'din il-pożizzjoni li qabel kienet Koordinatur tal-Voluntieri, sabiex tieħu din il-pożizzjoni. Cary Bass inħatret biex tieħu post Ménard.

F'Mejju 2007, Vishal Patel ġie impjegat sabiex jassisti fl-iżvillup kummerċjali.[6]

F'Lulju 2007, Mike Godwin ġie impjegat bħala prokuratur legali u koordinatur legali.[7] Fl-istess xahar, Carolyn Doran telqet minn KUO [8] u Sue Gardner ġiet impjegata bħalha konsulenta speċjali. In-numru ta' membri uffiċjali li kienu qegħdin fuq bażi full-time, wara dawn il-ħattriet, kien għadu inqas minn għaxra.[9]

F'Diċembru 2007, fi stqarrija minn The Register[10] li Carolyn Doran li kienet KUO kienet ħatja ta' delitt kriminali, u kienet arrestata waqt li kienet qiegħda ssuq taħt l-influwenza tal-alkohol waqt l-impjieg tagħha fil-Fondazzjoni u b'storja kriminali sustanzjali, li tinkludi l-qtil tal-għarus tagħha u multi u kompliċità fi frodi bl-użu tal-karta tal-kreditu.[11]

2008

Jannar 2008:

  • San Francisco, California, Stati Uniti:
    • Cheryl Owens (kien magħruf bħala Steffen):L-Assistent ta' Sue Gardner, ġdid; beda fl-10 ta' Diċembru, 2007.
    • Erica Ortega: Maniġer tal-Uffiċju, gdida; bdiet fl-10 ta' Diċembru, 2007.
    • Brion Vibber: L-ewwel impjegat tal-fondazzjoni; Kap Uffiċjal Tekniku (KUT);
    • Cary Bass: Koordinatur tal-Voluntieri;
    • Kul Takanao Wadhwa:Mexxejja tal-Iżvillup Kummerċjali, bdiet fit-3 ta' Jannar, 2008;
    • Erik Möller: Ġdid bħala uffiċjali però kien membru tal-bord tal-kuraturi; Deputat Direttur; beda fil-31 ta' Diċembru, 2007
    • Mike Godwin: Prokuratur Legali, beda f'Lulju 2007; fl-uffiċju ta' San Francisco fit-30 ta' Jannar, 2007.
    • Sue Gardner: Direttur Eżekuttiv (DE), bdiet f'Ġunju 2007.
  • Barra mill-Istati Uniti:
    • Tim Starling: Żvillupatur tas-Software, Awstralja;
    • Delphine Ménard : Koordinatur tal-Kapitli, Frankfurt;
    • Mark Bergsma: Amministratur tas-Sistema, Eindhoven, Olanda;
    • Jay Walsh: Mexxejja tal-Kommunikazzjoni, ġdida, Vancouver Island, Kanada; bdiet fl-10 ta' Jannar, 2007.
  • San Petersburgu, Florida, Stati Uniti:
    • Barbara Brown: Maniġer tal-Uffiċju;
    • Sandy Ordonez: Kommunikazzjonijiet;
    • Vishal Patel: Żvillupatur kummerċjali;
    • Oleta McHenry: Finanzi;
    • Rob Halsell: Maniġer tat-Teknoloġija Informatika u Amministratur tas-Server.

Frar 2008:

Vernoque Kessler inħatret Kap tal-Finanzi u Uffiċjal Operattiv (KFUO) fl-4 ta' Frar 2008.

Tagħmel l-aqwa użu tal-Wikipedija

Esplora aktar dwar il-Wikipedija

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Għajnuna:Esplora lill-Wikipedija.

Ħafna viżitaturi jiġu f'dan is-sit sabiex iżiedu mal-għarfien tagħhom, oħrajn jiġu sabiex jaqsmu l-għarfien tagħhom mal-oħrajn. Fil-fatt, f'dan l-instant, tużżani ta' artikli qegħdin jiġu mtejjbin, u artikli ġodda qegħdin jiġu maħluqa. Inti tista' ukoll tara modifiki kif qegħdin jiġru fil-paġna ta' modifiki riċenti. Inti tista' tara artikli kwalunkwe. Il-Kommunità tal-Wikipedija tinnomina artikli, biex turi l-aqwa artikli fil-Wikipedija. Ħafna oħrajn jingħataw preġju ta' artikli tajbin. Wikipedija għandha wkoll portali, li tirranġa l-kontenut madwar iż-żoni tas-suġġetti. Inti tista' ukoll tfittex għal artikli bl-użu tal-kaxxa tat-tfittxija fuq in-naħa tax-xellug tal-istampa.

Referenzi

  1. ^ Oxford English Dictionary (ed.). "Quarterly update to OED online: New edition: Prakrit to prim" (bl-Ingliż).
  2. ^ "Wikipedia announcements — May 2001" (bl-Ingliż).
  3. ^ "Wikipedia announcements — September 2001" (bl-Ingliż).
  4. ^ Wikimedia Foundation (ed.). "Wikimedia Foundation press release" (bl-Ingliż).
  5. ^ The Wikimedia Foundation (ed.). "Current staff from the Wikimedia Foundation" (bl-Ingliż).
  6. ^ The Wikimedia Foundation (ed.). "Current staff from the Wikimedia Foundation" (bl-Ingliż).
  7. ^ Messaġġ mil-lista tal-posta
  8. ^ http://wikimediafoundation.org/w/index.php?title=Current_staff&diff=21563&oldid=21560
  9. ^ The Wikimedia Foundation (ed.). "Current staff from the Wikimedia Foundation" (bl-Ingliż).
  10. ^ "Wikipedia COO was convicted felon" (bl-Ingliż).
  11. ^ "Felon Became COO of Wikipedia Foundation" (bl-Ingliż).