Ħobż Malti
Il-ħobż Malti huwa ħobż bil-qoxra tqarmeċ minn Malta, ġeneralment moħmi f'forn tal-injam. Jista' jittiekel bħala akkumpanjament għall-ikel u b'varjetà ta' mili; il-mod tipiku u favorit biex tikkonsmah huwa il-ħobż biż-żejt, il-ħobż imdellek biż-żejt taż-żebbuġa, fejn il-ħobż jindilek bit-tadam jew jindilek bil-kunserva tat-tadam, miblul biż-żejt taż-żebbuġa u mimli b'għażla jew b'taħlita ta' tonn, żebbuġ, kappar, basal, bigilla u ġbejniet.
Ħal Qormi
immodifikaĦal Qormi hija l-belt ewlenija għall-produzzjoni tal-ħobż f'Malta, b'diversi fran mifruxa fi kważi kull rokna. Matul il-ħakma tal-Kavallieri ta' San Ġwann, kien magħruf bħala Casal Fornaro li jfisser il-belt tal-furnara.[1] Illum il-ġurnata hemm festival li jsir kull sena, Lejl f'Casal Fornaro, li jseħħ f'Ħal Qormi fit-tielet Sibt ta' Ottubru.
Ir-rwol tal-ħobż fil-politika Maltija
immodifikaUħud mill-ewwel rakkonti deskrittivi ta' Malta jinnutaw id-dipendenza tal-abitanti tal-gżira fuq il-ħobż għas-sopravivenza.[2] L-impatt tal-liberalizzazzjoni tal-gvern kolonjali Brittaniku tal-importazzjoni tal-qamħ fl-1837 u n-nuqqas tiegħu li jipprovdi provvisti bażiċi tal-ikel wara l-Ewwel Gwerra Dinjija huma ż-żewġ fatturi prinċipali marbuta mal-irvellijiet tas-Sette Giugno.[3][4]
Il-ħobż fl-ilsien Malti
immodifikaHemm numru ta' qwiel u idjomi fil-lingwa Maltija relatati mal-ħobż bħala l-bażi tas-sopravivenza.[5]
- Ħobżu maħbuż, tfisser li l-persuna għandha kulma għandha bżonn.
- Tilef ħobżu, tfisser li persuna tilfet ix-xogħol tagħha.
- X'ħobż jiekol dan?, espressjoni użata meta tixtieq tistaqsi dwar il-karattru ta' persuna.
- Jeħtieġu bħall-ħobż li jiekol, użata meta persuna għandha bżonn kbir ta' xi ħaġa.
- Ħaġa li fiha biċċa ħobż ġmielha, użata biex tiddeskrivi sforz li jqalla' profitt.
- Ma fihiex ħobż, użata biex tiddeskrivi xi ħaġa li ma tqallax profitt jew persuna b'nuqqas ta' kwalitajiet tajbin.
Referenzi
immodifika- ^ Cassar Pullicino, J. (1956). "Social Aspects of Maltese Nicknames". Scientia (bl-Ingliż). 22 (2): 66–94.
- ^ Quentin d'Autun, Jean (1980). The Earliest Description of Malta (bl-Ingliż). Tradott minn Vella, Horatio C. R.
- ^ Kliewer, Greta (2008). "Maltese Bread: a changing symbol of the island's identity". OMERTAA: Journal of Applied Anthropology (bl-Ingliż): 211–218.
- ^ Blouet, Brian (2004). The Story of Malta (bl-Ingliż). Progress Press. pp. 188–189.
- ^ Cassar, Carmel (1994). Fenkata: An emblem of Maltese peasant resistance? (bl-Ingliż). Ministry for Youth and the Arts.