Ziba Ganiyeva

sniper u filologa mill-Ażerbajġan

Ziba Pasha qizi Ganiyeva (bl-Ażerbajġani: Ziba Paşa qızı Qəniyeva, twieldet fl-20 ta' Awwissu 1923, f'Shamakhi, fl-Ażerbajġan[1] jew fl-Użbekistan[2] – 2010, f'Moska, ir-Russja)[3] kienet sniper fl-Armata l-Ħamra matul it-Tieni Gwerra Dinjija kkreditata b'21 qtil. Wara l-gwerra saret filologa.[4][5]

Ziba Ganiyeva
Ħajja
Twelid Shamakhi, 20 Awwissu 1923
Nazzjonalità Unjoni Sovjetika
Russja
Mewt Moska, 2010
Familja
Missier Nikolai Shvernik
Aħwa
Edukazzjoni
Lingwi Russu
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni sniper
Premjijiet
Servizz militari
Fergħa militari Red Army (en) Translate
Grad junior lieutenant (en) Translate
logutenent
Iġġieldu It-Tieni Gwerra Dinjija
Front tal-Lvant

Ziba Ganiyeva kienet Ażerbajġana min-naħa ta' missierha u Użbeka min-naħa ta' ommha. Fl-1937, ġiet ammessa għall-korsijiet taż-żfin fil-Filarmonija Użbeka l-ġdida. Fl-1940, marret tgħix f'Moska u daħlet fl-Akkademja Russa tal-Arti Teatrali, iżda b'mod volontarju ssieħbet fl-armata fis-7 ta' Novembru 1941, ftit wara l-ftuħ tal-Front tal-Lvant tat-Tieni Gwerra Dinjija. Hija kienet akkumpanjata minn sniper oħra, Nina Solova.

Matul il-gwerra, Ganiyeva kienet operatur tar-radju u spjun li qasmet il-front 16-il darba. Hija pparteċipat fil-Battalja ta' Moska. Is-servizz militari ta' Ziba waqaf ħesrem wara li ndarbet b'mod serju waqt operazzjoni ta' rikonjizzjoni fis-subborgi ta' Moska fl-1942. Hija tneħħiet mill-post fejn kienet qed titwettaq il-battalja u sussegwentement qattgħet 11-il xahar l-isptar.

Matul il-gwerra r-ritratt tagħha deher fil-Komsomolskaya Pravda[6] u fuq il-qoxra tar-rivista Ogonek.[7]

Wara l-gwerra hija kompliet l-edukazzjoni postsekondarja tagħha u fl-1965 iggradwat bħala Kandidat tax-Xjenzi fil-filoloġija.

Xogħlijiet

immodifika
  • Qorkinin dekadentçiliyə və naturalizmə qarşı mübarizəsi (It-Taqbida ta' Gorky Kontra d-Dekadenza u n-Naturaliżmu), "Azərbaycan", 1955, Nru 6.
  • О сатире Горького в период первой русской революции (Is-Satira ta' Gorky fl-Ewwel Perjodu tar-Rivoluzzjoni Russa), "Литературный Азербайджан", 1955, Nru 12.
  • Страницы из истории революционной поэзии на урду (Paġni mill-Istorja tal-Poeżija Rivoluzzjonarja bl-Urdu), "Народы Азии и Африки", 1970, Nru 2.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Ганиева Зиба - снайпер Великой Отечественной войны - Ворошиловские стрелки: русские снайперы Великой Отечественной войны". www.airaces.narod.ru. Miġbur 2022-04-19.
  2. ^ ""Советская Россия" - независимая народная газета". www.sovross.ru. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-09. Miġbur 2022-04-19.
  3. ^ "Azerbaijani women snipers: fragile, but fearless". AzerNews.az (bl-Ingliż). 2015-07-02. Miġbur 2022-04-19.
  4. ^ "САВАШ - Военно-исторический сайт". web.archive.org. 2008-04-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-04-05. Miġbur 2022-04-19.
  5. ^ Azerbaijan Soviet Encyclopedia (1979), vol. 3, p. 137.
  6. ^ Газета «Комсомольская Правда» № 262 (5357) от 6 ноября 1942 года, стр. 2
  7. ^ Журнал «Огонёк» №28 (789) от 1942 года