Yu Xiuhua
Yu Xiuhua (Ċiniż simplifikat: 余秀华; Ċiniż tradizzjonali: 余秀華; Pinyin: Yú Xiùhuá) twieldet fl-1976 u hija poetessa Ċiniża. Xiuhua tgħix fil-villaġġ żgħir ta' Hengdian, Shipai, Zhongxiang, Hubei, iċ-Ċina, u tbati minn paraliżi ċerebrali li tikkawżalha diffikultajiet fit-taħdit u l-mobilità. Minkejja dan, xorta waħda għadha tikteb il-poeżiji, tant li sa Jannar 2015, Xiuhua kienet diġà kitbet 'il fuq minn elfejn poeżija. Fl-2014, il-poeżija tagħha I Crossed Half of China to Sleep with You (穿过大半个中国去睡你) reġgħet bdiet tiġi ppowstjata frekwentament fuq WeChat, tant li l-poetessa kibret fil-popolarità.[1] Fl-istess sena, ir-rivista nazzjonali Ċiniża, The Poem Magazine, ippubblikat il-poeżiji ta' Xiuhua, u għaldaqstant xogħlijietha komplew isiru aktar famużi.[2] Fl-2016 ħareġ id-dokumentarju bl-isem ta' Still Tomorrow li jiffoka fuq is-suċċess u l-popolarità tagħha, kif ukoll fuq ir-relazzjoni tagħha ma' familtha u d-divorzju minn ma' żewġha. Dan id-dokumentarju ntwera f'diversi festivals tal-films.[3] Il-ġabra ta' poeżiji u esejs ta' Xiuhua, Moonlight Rests on My Left Palm, ġew tradotti mill-poetessa u traduttriċi Fiona Sze-Lorrain u fl-2021 ġew ippubblikati minn Astra House.[4]
Yu Xiuhua | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Zhongxiang, 22 Marzu 1976 (48 sena) |
Nazzjonalità | Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | poeta |
Karatteristiċi tal-poeżiji tagħha
immodifikaIt-temi fil-poeżiji ta' Xiuhua jinkludu l-imħabba, l-affezzjoni, it-tiġrib sentimentali, id-diżabilità tagħha, u l-insularità tal-villaġġ li ma tistax taħrab minnu.[5]
Xiuhua kitbet diversi poeżiji ta' mħabba. Peress li kienet soċjalment żvantaġġata minħabba d-diżabilità tagħha, ġarrbet sens profond ta' nuqqas ta' intimità. Hija ma tikkuntentax ruħha bix-xenqa poetika tal-imħabba, iżda turi b'qawwa l-kumplessità u d-distintività tax-xbieha tal-mara bħala s-suġġett.
Il-poeżiji tagħha huma mgħobbija bil-kumplessità tas-sinifikat u s-sejħa tal-imħabba; is-sejħa u d-diżillużjonijiet tagħha. Hija l-imħabba li ġġiegħelha tistaqsi mistoqsijiet eżistenzjali, li jittrattaw problemi metafiżiċi u ontoloġiċi, ngħidu aħna l-verità u l-mewt.[6]
Referenzi
immodifika- ^ "China Daily Website - Connecting China Connecting the World". www.chinadaily.com.cn. Miġbur 2023-03-14.
- ^ "【图片故事】:诗人余秀华_图片中国_中国网". photo.china.com.cn. Miġbur 2023-03-14.
- ^ Young, Neil (2016-12-05). "'Still Tomorrow': Film Review | IDFA 2016" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-14.
- ^ "Moonlight Rests on My Left Palm by Yu Xiuhua: 9781662600470 | PenguinRandomHouse.com: Books". PenguinRandomhouse.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-14.
- ^ "余秀华:我是一个蠢女人 - 长江商报官方网站". www.changjiangtimes.com. Miġbur 2023-03-14.
- ^ "底层经验的诗性表达——余秀华诗歌解读 - 百度文库". wenku.baidu.com. Miġbur 2023-03-14.